Home Page

26 01, 2019

Jitħabbru s-semifinalisti tal-Isportivi Nazzjonali 2018

By |January 26th, 2019|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jifraħ lill-atleti kollha u lill-uffiċjali li rnexxielhom jaslu sal-fażi tas-semi finali tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jkunu qed jippremjaw lill-individwi fuq il-kisbiet tagħhom matul is-sena 2018.   L-għaxar semifinalisti tas-seba' kategorji tradizzjonali tal-Isportivi Nazzjonali ġew magħżula waqt l-aħħar laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv hekk kif kien għalaq iż-żmien stipulat li l-Assoċjazzjonijiet u l-Federazzjonijiet setgħu jitfgħu n-nominazzjonijiet tagħhom.   SPORTIV TAS-SENA  AQUILINA Charles - Table Football BEZZINA Isaac - Judo CARUANA SCICLUNA Justin - Ten Pin Bowling CASTALDI Clayton - Chinese 8 Ball FARRUGIA Juan - Indoor Rowing FARRUGIA Stefan - Raffa GALEA Brian - Sparar Trap GATT Rodney – Tiġrijiet taż-Żwiemel MILLS Christ - Pool SCHULTEIS Richard - Ibburdjar   SPORTIVA TAS-SENA  BEZZINA Eleanor - Air Pistol CIANTAR Claire - Boxing FARRUGIA Joelle - Karate GENOVESE Sacha - Table Tennis PACE Hannah - Triathlon SCHEMBRI Diane - Kickboxing SULTANA Colette - Squash WINGFIELD Charlotte - [...]

4 01, 2019

AIPS European Sportsman and Sportswoman of the Year 2018

By |January 4th, 2019|0 Comments

For the first time in his career, LUKA MODRIC - one of the leading figures in the world of football, ace with Real Madrid and Croatia finalist at the FIFA World Cup in Russia besides being winner of the 2018 Balon d'Or award - and also for the first time in her career ESTER LEDECKA of the Czech Republic – SuperG Olympic winner in Pyeongchang - are the winners in the 2018 Edition of the European Sportsman and Sportswoman of the Year Awards. Luka Modric was followed by tennis ace Novak Djokovic of Serbija and Swiss tennis leading star Roger Federer . Ester Ledecka got more preferances than Roumanian tennis player Simona Halep and football player from Norway Ada Hegerberg. It was the 36 th. annual poll conducted by AIPS – EUROPE through the world wide poll held by AIPS. As the biggest continental section of AIPS and was established in 1977 at the AIPS Congress in Milano Marittima [...]

26 12, 2018

L-Għaqda Ġurnalisti Sports terġa’ torganizza b’suċċess il-Boxing Day Tournament

By |December 26th, 2018|0 Comments

Jerġgħu jirbħu l-edizzjoni ta' din is-sena l-MFCA, l-GħĠS runners up għall-ewwel darba Ġurnalisti tal-Isport u esponenti fil-qasam tal-media, coaches, referees, coaching staff u impjegati tal-MFA l-Erbgħa filgħodu ltaqgħu għat-Tournament tradizzjonali tal-football 8 a side li jsir l-għada tal-Milied. Kwadrangulari li jieħdu sehem fih teams iffurmati minn erba' assoċjazzjonijiet, il-Malta Football Coaches Association, il-Malta Football Referees Association, il-Malta Football Coaches Association u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. It-Tournament li għalih attendiet ukoll għal xi ħin il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca ntrebaħ għat-tieni sena konsekuttiva mill-MFCA bit-team tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jispċċa bħala runner up waħdu għall-ewwel darba. Din l-attivita' ilha tkun organizzata għal snin twal mill-Għaqda Ġurnalisti Sports. Kien fis-sena 1975 li saret l-ewwel logħba l-għada tal-Milied bejn il-Ġurnalisti tal-isport u r-Referees. Fl-aħħar tmien snin bdew ikunu mistedna jipparteċipaw il-kowċis u l-istaff tal-MFA. L-Għan prinċipali ta' din l-attivita' hi li dawk li jaħdmu madwar il-logħba tal-football ikollhom l-opportunita' li jiltaqgħu darba f'sena [...]

12 12, 2018

Tislima lil Henry Calleja: Dak li ra l-media tal-isport tiżviluppa

By |December 12th, 2018|0 Comments

Kif kien xieraq il-Ġimgħa 7 ta’ Dicembru, dakinhar li tħabbret il-mewt tal-eks President tagħha Henry Calleja fl-età ta’ 77 sena, l-Għaqda Ġurnalisti Sports sellmet lil dan il-ġurnlist veteran li għal aktar minn ħamsin seklu baqa’ attiv fil-media tal-isport u l-iżvilupp li twettaq. Henry Calleja jibqa' sinonimu mal-ewwel snin ta' xandiriet tal-Isport permez tar-Rediffusion fis-snin sittin u aktar tard fuq Radju Malta fi żmien meta flimkien ma’ Frank Camilleri, Mario Meli, Twanny Buhagiar bdew jgħatu spazju lil sport ieħor mhux bilfors il-futbol.  Kien preżentatur ta' diversi programmi tal-Isport fuq Xandir Malta u aktar tard bħala PBS. Hu kellu wkoll sehem fil-ġurnaliżmu stampat b'esperjenza fi ħdan bosta ġurnali lokali fosthom il-Ħajja, The Independent u aktar qabel fil-ġurnal The Bulletin. Fl-aħħar snin huwa kien kontributur ukoll f'bosta ġurnali u publikazzjonijiet fosthom in-Nazzjon. Jien li kelli l-opportunita' naħdem mill-qrib ma' Henry niftakru dejjem isegwi l-isport b'attenzjoni kbira u b'mod metikoluż. Henry Calleja bħala wieħed [...]

Go to Top