Fit-22 ta’ Frar SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkunu qed jorganizzaw flimkien edizzjoni oħra tal-Isportivi Nazzjonali. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun waħda speċjali hekk kif se tkun is-60 edizzjoni mill-ewwel edizzjoni imnhedija mill-mibki ġurnalist tal-isport Benny Pace li kien organizza fuq bażi individwali  permezz tal-ġurnal The Sporting Star bl-ewwel edizzjoni tal-Isportiv tas-Sena tkun  dik tal-1960. Dakinhar ir-rebbieħ kien Wilfred Pirotta li kien jipprattika l-isport tal-ispearfishing (sajd taħt wiċċ il-baħar bin-nifs). Benny Pace baqa’ jorganizza b’suċċess dan il-konkors li kellu format ferm differenti min kif nafuh illum sal-edizzjoni tal-1977 fejn fl-aħħar seba’ snin bejn l-1970 u l-1977 kienu jsiru żewġ għażliet fi żmien ġimgħa. Dan seħħ wara li fl-1970 saret l-ewwel edizzjoni tal-Għaqda Kittieba Sports.

Fl-ewwel erba’ edizzjonijiet (1960,1961, 1962 u 1963) Pace kien jippremja biss lill-Isportiv tas-sena u kien biss fil-ħames edizzjoni tal-1964 li introduċa l-unur tal-iSportiva tas-sena dakinhar mirbuħ minn Joan Galea Naudi li kienet ġejja mid-dixxiplina tal-isking fuq il-baħar.

Għal xi raġuni probabbilment minħabba n-nuqqas ta’ kisbiet importanti bħala riżultati minn atleti nisa l-unur tal-iSportiva tas-sena reġa’ ingħata biss fl-1971 iżda dakinhar il-konkors kien organizzat mill-Għaqda Kittieba Sports.

Filfatt l-Għaqda Kittieba Sports kienet twaqqfet fl-1970 u mill-ewwel bdiet torganizza l-konkors tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali. L-istorja turina li bejn l-1970 u l-1977 kien għadhom jiġu organizzati żewġ konkorsi simili dak ta’ Benny Pace (Sportiv tas-Sena) u dak tal-Għaqda Kittieba Sports (Għażliet Sportivi Nazzjonali).

Kienu mumenti eċċitanti iżda mhux faċli għall-Għaqda Kittieba Sports dak iż-żmien immexxija mill-President Fr. Hilary Tagiaferro. Iż-żewġ naħat kemm Benny Pace u l-Għaqda Kittieba Sports għamlu diversi trattativi u negozjati sabiex iż-żewġ konkorsi jingħaqdu, kwistjoni li saħansitra anke spiċċat il-Qorti.

Finalment is-sena komun rebaħ sabiex mill-1978 kien hemm konkors wieħed biss bil-proċess tal-votazzjoni dejjem jitjieb minn sena għall-oħra.

Matul iż-żmien l-Għażliet Sportivi Nazzjonali baqgħu jikbru fil-popolarita’ tagħhom apparti ż-żewġ unuri stabbiliti tal-Isportiv u l-Isportiva tas-sena tul is-snin żdiedu diversi kategorija oħra li ġew introdotti hekk:

Il-Kategorija Uffiċjal tas-sena kienet introdotta fis-sena 1972 fl-edizzjoni ta’ Benny Pace.

Il-Kategorija Tim tas-sena kienet introdotta fis-sena 1995.

Il-Kategorija Żagħżugħ tas-sena kienet introdotta fis-sena 1999.

Il-Kategorija Żagħżugħa tas-sena kienet introdotta fis-sena 2014 (Fil-passat kien hemm atleti żgħażagħ nisa li rebħu dan l-unur meta l-kategorija kienet miftuħa)

Il-Kategorija Kowċ tas-sena kienet introdotta fis-sena 2012. (Fil-passat kien hemm kowċis li rebħu l-unur tal-Uffiċjal tas-sena)

Il-Kategorija Avveniment Internazzjonali tas-sena organizzat f’Malta kienet introdotta fis-sena 2003.

Ta’ min isemmi wkoll lil tul is-snin l-Għaqda Kittieba Sports aġġornat maż-żmien u anke bidliet l-isem għall-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex tirrifletti u tirrapreżenta fierxa aktar wiesa ta’ persuni li jaħdmu fil-qasam tal-media tal-isport.

Fattur interessanti ieħor hu li tul is-snin l-Għaqda Ġurnalisti Sports dejjem kellha relazzjoni tajba ħafna mal-Gvern li dejjem kien isostni finanzjarjament dan l-avveniment annwali. L-istess jista’ jingħad illum il-ġurnata fejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports tgawdi minn appoġġ finanzjarju u loġistiku kbir minn SportMalta li hija l-entita’ f’Malta tal-Gvern li tirregola l-Isport fejn grazzi għal dan tkun f’pożizzjoni minn sena għal sena li torganizza dan l-avveniment fuq bażi nazzjonali li hu ferm mistenni mill-kommunitá sportiva f’Malta.

Ir-rebbieħa kollha tal-Isportivi Nazzjonali mill-1960:

Sportiv

1960 Wilfred Pirotta – Sajd
1961 Lolly Borg – Futbol
1962 Joseph Polidano – Ċiklizmu
1963 Joseph Debono – Sajd
1964 Charles Cioffi – Atletika
1965 Alfred Grixti – Waterpolo
1966 Wilfred Asciak – Billiards / Snooker
1967 George Borg – Waterpolo
1968 Victor Cachia – Table Tennis
1969 Bertie Portelli – Waterpolo
1970 Paul Mifsud – Billiards / Snooker
John Ripard – Ibburdjar (GħKS)
1971 John Magri – Ċikliżmu
Wilfred Asciak – Billiards / Snooker (GħKS)
1972 Harold Bonsfield – Bodybuilding
Alfred Grixti – Waterpolo (GħKS)
1973 Michael Soler- Waterpolo
1974 Willie Vassallo – Football
1975 John Magri – Ċikliżmu
1976 Paul Mifsud – Billiards / Snooker
1977 Raymond Xuereb – Futbol
1978 Guzi Grech – Billiards/Snooker
1979 Paul Mifsud – Billiards / Snooker
1980 Albert Rizzo – Water Treading
1981 Emanuel Fabri – Futbol
1982 Peter Bonello – Boardsailing
1983 Peter Bonello – Boardsailing
1984 Peter Bonello – Boardsailing
1985 Paul Mifsud – Billiards / Snooker
1986 Paul Mifsud – Billiards / Snooker
1987 Gużi Grech – Billiards/Snooker
1988 John Buttigieg – Futbol
1989 Nicky Farrugia – Għawm / Open water
1990 Jesmond Giordemaina – Lotta
1991 Tony Drago – Snooker
1992 Christian Gialanze – Għawm
1993 Emanuel Abela – Sparar
1994 Frans Pace – Sparar
1995 Horace Micallef – Sparar
1996 Tony Drago – Snooker
1997 Gużi Grech – Billiards/Snooker
1998 Alex Borg – Billiards/Snooker
1999 Mario Bonello – Atletika
2000 Tony Cauchi – Żwiemel
2001 Stefan Farrugia – Boċċi
2002 William Chetcuti – Sparar
2003 William Chetcuti – Sparar
2004 William Chetcuti – Sparar
2005 William Chetcuti – Sparar
2006 William Chetcuti – Sparar
2007 Michael Mifsud – Futbol
2008 William Chetcuti – Sparar
2009 William Chetcuti – Sparar
2010 Andre’ Schembri – Futbol
2011 William Chetcuti – Sparar
2012 William Chetcuti – Sparar
2013 William Chetcuti – Sparar
2014 Claudio Cassar – 9 Ball Pool
2015 Stevie Camilleri – Waterpolo
2016 Duncan Micallef – Drag Racing
2017 Duncan Micallef – Drag Racing
2018 Brian Galea – Sparar

Sportiva

1964 Joan Galea Naudi – Skiing tal-Baħar
1971 Josette Catania – Atletika
1972 Jennifer Pace – Atletika
1973 Bernadette Borg Bonaci – Għawm
1974 Jennifer Pace – Atletika
1975 Fiorella Mannara – Għawm
1976 Joyce Abdilla – Badminton
1977 Helen Degiorgio – Tennis
1978 Monica Moran – Netball
1979 Joanna Agius – Archery
1980 Anna Felice – Basketball
1981 Anna Calleja – Basketball
1982 Joanna Agius – Archery
1983 Connie Camilleri – Paraplygics
1984 Laurie Pace – Judo
1985 Francesca Vincenti – B’sailing
1986 Francesca Vincenti – B’sailing
1987 Carol Curmi – Tennis
1988 Deirdre Caruana – Atletika
1989 Laurie Pace – Judo
1990 Laurie Pace – Judo
1991 Sue Caruana Scicluna – Bowling
1992 Carol Galea – Atletika
1993 Susan Smith – Għawm
1994 Carol Galea – Atletika
1995 Jacqueline Xuereb – Judo
1996 Gail Rizzo – Għawm
1997 Carol Galea – Atletika
1998 Carol Galea – Atletika
1999 Sue Abela – Ten pin Bowling
2000 Carol Galea – Atletika
2001 Carol Galea – Atletika
2002 Maria Mifsud Bonnici – Triathlon
2003 Tanya Blake – Atletika
2004 Angela Galea – Għawm
2005 Angela Galea – Għawm
2006 Rebecca Madyson – Sparar
2007 Francesca Xuereb – Atletika
2008 Sue Abela – Ten pin Bowling
2009 Rebecca Brincat – Basketball
2010 Danica Bonello Spiteri – Triathlon
2011 Diane Borg – Atletika
2012 Diane Borg – Atletika
2013 Sue Abela – Ten pin Bowling
2014 Sue Abela – Ten pin Bowling
2015 Charlotte Wingfield – Atletika
2016 Tiziana Carranante – Ten pin Bowling
2017 Yazmin Zammit Stevens – Weightlifting
2018 Eleanor Bezzina – Target Shooting

Żagħżugh

1999 Dermot Galea – Triathlon
2000 Steve Pace – Basketball
2001 Peter Valentino – Ibburdjar
2002 Matthew Fleri Soleri – Ibburdjar

2001 Roberta Callus – Għawm
2003 Benji Borg – Ibburdjar
2004 Benji Borg – Ibburdjar
2005 Matthew Asciak – Tennis
2006 Matthew Asciak – Tennis

2007 Francesca Xuereb – Atletika
2008 Ryan Bugeja – Sparar
2009 Clive Farrugia – Sparar
2010 Daniel Bajada – Table Tennis
2011 Nathan Lee Xuereb – Sparar
2012 Nathan Lee Xuereb – Sparar
2013 Nathan Lee Xuereb – Sparar

2014 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling
2015 Ben Plumpton – Waterpolo
2016 Ben Plumpton – Waterpolo
2017 Edward Xuereb – Ten Pin Bowling
2018 Kijan Sultana – Squash

Żagħżugha

2001 Roberta Callus – Għawm (Fil-kategorija Open)
2007 Francesca Xuereb – Atletika (Fil-kategorija Open)
2014 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling (Fil-Kategorija Open)
2015 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling
2016 Helene Pellicano – Tennis
2017 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling
2018 Sara Xuereb – Ten Pin Bowling

Uffiċjal

1972 Bertie Muscat – Waterpolo
1973 Franz Frendo – Waterpolo
1974 Louis Borg – Basketball
1975 Charles Micallef – Waterpolo
1976 Bertie Muscat – Waterpolo
1977 Marie Therese Charlmers – Table Tennis
1978 Guido Callus – Billiards & Snooker
1979 Louis Micallef – Basketball
1980 Dr. Joseph Muscat – Mediċina Sportiva
1981 Victor Scerri – Futbol
1982 Teddy Borg – Ass. Sport Muturi
1983 Charles Mifsud – Weightlifting
1984 Jovin Rausi – Ibburdjar
1985 Wilfred Sultana – Boardsailing
1986 Ivan Pace – Waterpolo
1987 Louis Borg – Basketball
1988 Joe Seychell – Badminton
1989 Stephen Rizzo – Waterpolo
1990 Joe Borg Cardona – Table Tennis
1991 John Tabone – Basketball
1992 Pippo Psaila – Futbol
1993 Joe Bajada – Atletika
1994 Dr. Michael Gialanzè – Għawm
1996 Joe Borg Cardona – Table Tennis
1997 Alex Anastasi – Table Tennis
1998 Anthony Chircop – Atletika
2000 Jesmond Giordemaina – Lotta (Uffiċjal)
Joe Dimech – Bodybuilding (Diriġent)

2001 Ray Farrugia – Futbol (Kowċ)
2002 Dirk Dowling – Waterpolo (Kowċ)
2003 Adrian Casha – Futbol (Uffiċjal)
2004 Robbie Ebejer – Ghawm (Uffiċjal)
2005 Peter Balzan – Waterpolo (Uffiċjal)
2006 Bernard Vassallo – Basketball (Uffiċjal)
2007 Dr. Joseph Mifsud – Futbol (Uffiċjal)
2008 Salvu Portelli – Sparar (Uffiċjal)
2009 Tonio Cini – MotorSport (Uffiċjal)
2010 Silvio Catania – Table Football (Uffiċjal)
2011 Julian Pace Bonello – Ten Pin Bowling (Uffiċjal)
2012 Damian Neil – Rugby
2013 Karl Izzo – Waterpolo (Kowċ)

2014 Joe Cassar – Futbol (Uffiċjal)

2015 Clayton Pisani – Futbol (Uffiċjal)

2016 Esther Azzopardi – Futbol (Uffiċjal)

2017 Paul Sultana – Basketball
2018 Anna Calleja – Special Olympics

Kowċ

2014 Karl Izzo – Waterpolo
2015 Karl Izzo – Waterpolo
2016 Silvio Vella – Futbol
2017 Angela Adamoli – Basketball
2018 Karl Izzo – Waterpolo

Tim

1995 Sparar – Commonwealth Games Trap Team
1996 Futbol – Sliema Wanderers FC
1997 Futbol – Valletta FC
1998 Waterpolo – Sliema Aquatic Sports Club
1999 Squash – Tim Nazzjonali Nisa
2000 Waterpolo – Sirens Aquatic Sports Club
2001 Ibburdjar – Strait Dealer crew
2002 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’
2003 Basketball – Tim Nazzjonali Nisa
2004 Rugby – Tim Nazzjonali ‘A’
2005 Snooker – Tim Nazzjonali ‘A’
2006 Powerboats – Chaudron Team
2007 Futbol – Tim Nazzjonali ‘A’
2008 Powerboats – Chaudron Team
2009 Basketball – Tim Nazzjonali Nisa
2010 Table Football – Tim Nazzjonali Irġiel
2011 Rugby – Tim Nazzjonali ‘A’
2012 Mr.Whippy – Drag Racing Team
2013 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’
2014 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’
2015 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’
2016 Futbol – Tim Nazzjonali I/21
2017 Waterpolo – San Ġiljan ASC
2018 Basketball – Tim Nazzjonali Irġiel

Avveniment Internazzjonali

2003 KOM 10 Edizzjoni Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar
2004 Logħob tal-F.I.S.E.C.
2005 MYF Rolex Middle Sea Race
2006 Triathlon International Championships
2007 MAAA European Calendar Conference
2008 MBA FIBA Conference
2009 MJ. Kampjonat tad-Dinja Kata
2010 MAAA European Championship
2011 MJF European Judo Championships Cadets
2012 MAAA European Athletics Calendar Conference
2013 Euromed International Championships
2014 MFA EUFA U/17 European Championship
2015 MBA FIBA European Conference
2016 Malta Badminton Association
2017 MRC Ladies International Championship
2018 It-Tazza tad-Dinja tal-Isparar ISSF