Home Page

3 09, 2018

Titħabbar il-mewt tal-eks ġurnalist sportiv Simon Bonello

By |September 3rd, 2018|0 Comments

Il-komunita’ tal-media sportiva tinsab f’luttu hekk kif kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks ġurnalist sportiv u President attwali tal-Federazzjoni Maltija tal-Lotta Simon Bonello. Simon Bonello kien mill-Furjana u miet fl-eta’ ta’ 85 sena. Għal diversi snin hu kien membru fl-Għaqda Ġurnalisti Sport aktar qabel magħrufa bħala Għaqda Kittieba Sport fejn serva bħala Viċi President. Sal-lum huwa kien membru onorarju tal-Għaqda. Huwa kien introduċa l-isport tal-Lotta f’Malta fl-1967 fejn waqqaf il-Federazzjoni sentejn wara pero l-aktar sport li kkontribwixxa għalih fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv kien dak tat-tiġrijiet taż-żwiemel fejn għal bosta snin kien jirraporta mill-Korsa tal-Marsa u jikteb artikli fuq it-Times u n-Nazzjon, jaġġorna dwar it-tiġrijiet fuq Net TV u saħħansitra kellu programm televiżiv bl-isem ta’ Sulky fuq l-Isports Channel. Barra t-Tiġrijiet taż-Żwiemel u l-Lotta fis-snin 70 kien serva bħala President tal-Federazzjoni tal-Weightlifting, tal-Assoċjazzjoni tal-Bodybuilding u tal-Federazzjoni taċ-Chess. Kien ukoll referee stabbilit tal-Lotta. Għal snin twal kien membru fl-Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti fejn [...]

6 08, 2018

Laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Onor. Clifton Grima

By |August 6th, 2018|0 Comments

Proposti mressqa mill-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex il-Gvern jikkunsidra li jimplimenta fil-Budget 2019 li se jitressaq f’Ottubru / Novembru 2018. Il-Gvern għandu immedjatament itella’ s-settur tal-Isport fil-livell ta’ Ministeru sabiex ikun hemm sinjal ċar li issa l-Gvern ma jridx jibqa’ jaħdem biss permezz ta’ politika kontra l-obesita’ u favur l-aċċessibilita’ u taħriġ isusidjat lill-poplu, iżda wasal iż-żmien li jibgħat sinjal li l-Gvern issa jistenna riżultati tanġibbli f’kompetizzjonijiet fuq skala internazzjonali mill-atleti tagħna.           Jekk dan ma jkunx possibli fl-immedjat il-Partit fil-Gvern għandu jwiegħed  fil-programm elettorali qabel l-elezzjoni                    ġenerali li jmiss, li l-Isport jitla’ f’livell ta’ Ministeru u ma’ jibqax fuq livell ta’ Segretarjat.   Il-Gvern permezz ta’ SportMalta għandu jidentifika bejn 10 u 12 –il Assoċjazzjoni Sportiva hekk meqjusa bħala ‘organizzati tajjeb’ u li l-Isport tagħhom jista’ fil-futur qarib jikseb riżultati tanġibbli fix-xena internazzjonali u jassenjalhom permezz ta’ secondment, persuna [...]

30 07, 2018

Malta Sports Journalists Association Congratulates the Newly Elected Malta Institute of Journalists Board

By |July 30th, 2018|0 Comments

The Malta Sports Journalists Association thanks Mrs Norma Saliba as she terminated her role as Chairperson for the Malta Institute of Journalists whilst congratulates newly elected Chairperson Mr Yannick Pace. The MSJA which is affiliated locally with the IGM and internationally with AIPS (The International Sports Press Association), congratulates also all the newly elected Executive members especially the new General Secretary Mr Nigel Mifsud who in the past has also served on the Executive Committee of the MSJA. We are also pleased to note that Mr Charles Camenzuli Honorary President of the MSJA and President of AIPS Europe has retained his post as a Board Member whilst Mr Domenic Aquilina who is one of our members as well as the Chairperson of the MSJA Photographers Commission has also been elected for the first time on the Board. In the coming days the Malta Sports Journalists Association Executive Committee shall be [...]

30 07, 2018

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lill-membri eletti tal-Bord il-ġdid tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

By |July 30th, 2018|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports filwaqt li tirringrazzja liċ-Chairperson uxxenti s-Sinjura Norma Saliba, tawgura kull suċċess lis-suċċessur tagħha is-Sur Yannick Pace li llum waqt il-Laqgħa Ġenerali annwali tal-IGM kien elett bħala Chairperson ġdid. L-GħĠS li hi affiljata lokalment mal-IĠM u internazzjonalment mal-AIPS (International Sports Press Association) tawgura wkoll lill-membri kollha tal-Eżekuttiv il-ġdid speċjalment lis-Segretarju Ġenerali s-Sur Nigel Mifsud li ġie elett illum u li wkoll hu ex membru fl-Eżekuttiv tal-GħĠS. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tinnota b'sodisfazzjoni wkoll li s-Sur Charles Camenzuli President Onorarju tal-GħĠS u President tal-AIPS Europe, żamm postu fi ħdan il-Bord filwaqt li is-Sur Domenic Aquilina wieħed mill-membri l-ġodda eletti huwa wkoll membru tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Chairman tal-kummissjoni fotografi fi ħdan l-GħĠS. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkun qed jitlob laqgħa formali mal-Bord elett il-ġdid tal-IGM fil-jiem li ġejjin.

Go to Top