Jake Vella jirbaħ l-unur tal-Atlas Żagħżugħ tax-xahar għal April
L-Atleta żagħżugħ Jake Vella li għandu storja ta’ ispirazzjoni rebaħ l-unur tal-Atlas Żagħżugħ tax-xahar għal April 2020. Jake Vella f’dawn l-aħħar ġimgħat kien impenjat ferm bl-eżerċiżżju fiżiku ta’ kuljum taħt il-gwida tal-coaches tiegħu Fabio Spiteri, Marthese Fava u Gail Rizzo. Minħabba l-fatt li Jake hu vulnerabbli, f’dan il-perjodu hu kellu jobdi l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u tat-tobba tiegħu u joqgħod id-dar kemm jista’ jkun u allura kellu jadatta ruħu għat-taħriġ minn ġewwa t-‘training room’ f’daru. Vella qed jesperjenza battalja kontra marda rari ferm u permezz tal-perseveranza tiegħu u b’taħriġ intensiv jinsab determinat li jilħaq it-tragwardi personali tiegħu. Jake għandu l-kundizzjoni tar-‘ROHHAD’ li hija kundizzjoni li tista’ tpoġġi ħajtu f’periklu għaliex taffettwa l-‘autonomic nervous system’ tal-ġisem. Matul l-aħħar xahar Jake kien ta’ ispirazzjoni għal diversi atleti żgħażagħ hekk kif ta’ kuljum kien qed jaqsam l-esperjenza ta’ taħriġ tiegħu bl-eżrċiżżju tal-indoor rowing u training fuq it-treadmill fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook. Fil-jiem li [...]