Tenishia Thornton tirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Marzu
Il-weightlifter żagħżugħa Tenishia Thornton kienet dikjarata bħala r-rebbieħa tal- Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Marzu. Thornton li għandha 14-il sena kellha bidu tas-sena 2020 vera pożittiva hekk kif iddistingwit ruħha b’diversi rekords fl-‘age group’ tagħha u rekords Nazzjonali oħra fi ħdan il-Federazzjoni Maltija tal-Weightlifting. Dan hu t-tielet unur li qed jingħata lill-atleti żgħażagħ Maltin b’inizjattiva konġunta bejn il-kumpanija Atlas Insurance u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Qabel dan l-unur ta’ Marzu r-rebbieħa preċedenti kienu l-isprinter Rachela Pace fix-xahar ta’ Jannar u l-player tal-Pool Dejan Grech li rebaħ l-unur fi Frar. Tenishia Thornton kienet spiċċat bħala runner up fl-għażla għall-unur kemm ta’ Jannar u anke għal Frar, għażla li ssir kull xahar minn panel ta’ tliet ġurnalisti tal-isport membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Minkejja s-sitwazzjoni tal-pandemija COVID-19 l-GħĠS tixtieq tinforma lill-pubbliku li ġie deċiż li l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tax-Xahar jibqa’ jingħata. Kemm l-Għaqda Ġurnalisti Sports kif ukoll il-kumpanija Atlas Insurance huma konxji tal-fatt li [...]