Il-President u s-Segretarja Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef u Lorraine Cunningham kellhom laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech.
Waqt il-laqgħa li saret fl-uffiċċju tal-Opożizzjoni fil-Parlament l-uffiċjali tal-GħĠS spjegaw il-viżjoni tal-Assoċjazzjoni dwar il-futur tal-Isport f’pajjiżna. Dr Grech kien ippreżentat ukoll b’rapport li kien jinkludi l-ħames proposti li l-Għaqda Ġurnalisti Sports qed tinsisti li jkunu implimentati fil-futur qarib.
Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef emfażizza li l-Għaqda Ġurnalisti Sports illum il-ġurnata saret rilevanti bi tmexxija proattiva fejn l-Assoċjazzjonijiet u l-Federazzjonijiet Sportivi lokali qed jirrikonoxxu li l-Għaqda Ġurnalisti Sports saret stakeholder prinċipali fit-tfassil tal-politika tal-isport lokali. Din il-ħidma kontinwa mill-GħĠS qed isir qal Micallef, bil-għan aħħari jkun li l-Isport jitla’ ‘l fuq kemm jista’jkun fuq l-aġenda tal-pajjiż.
Waqt il-laqgħa l-Kap tal-Opożizzjoni u tal-PN kien akkumpanjat mill-kelliem għall-Isport tal-Opożizzjoni Robert Cutajar, mill-kelliema tal-Media Therese Comodini Cachia u mic-Chairperson ta’ TimSport PN Christian Micallef.
Leave A Comment