Home Page

5 06, 2021

Zurrieq FC Futsal irċevew it-TGS Malta Fair Play Award

By |June 5th, 2021|0 Comments

Wara t-tnedija uffiċjali tal-Malta Fair Play Movement, l-iStanding Committee iffurmat minn Joe Borg Cardona, Kevin J Azzopardi, Pierre Cassar, Dr Adele Muscat u ċ-Ċermen Charles Camenzuli, ħabbru l-ewwel TGS Malta Fair Play Award b’mod konġunt mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u sponsorjat minn Together Gaming Solutions. Zurrieq FC Futsal ġew mogħtija l-ewwel premju għall-perjodu bejn Jannar u Marzu tas-sena 2021. Il-ġest altuwistiku min-naħa ta’ Zurrieq FC Futsal seħħ waqt logħba tal-kampjonat tal-futsal lokali fit-23 ta’ Jannar 2021 kontra St. George’s, wara li ħallew lill-avversarji jiskurjaw biex jikkompensaw għall-gowl li skorjaw waqt li plejer ta’ St. George’s kien imweġġa’ fil-court. Hemm ukoll vidjow fuq il-midja soċjali li jiddokumenta dan il-ġest. Il-premju ġie preżentat lill-Head Coach Alexei Saliba u l-Vice-Captain Luke Bugeja ta’ Zurrieq FC Futsal li kienu preżenti dakinhar li seħħ il-ġest altruwistiku. Il-preżentazzjoni tat-TGS Malta Fair Play Award saret nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju 2021 fis-2pm fil-preżenza ta’ Andrea Critien mid-Dipariment tal-Finanzi [...]

18 05, 2021

Jeremy Zammit rebbieħ tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal April

By |May 18th, 2021|0 Comments

L-Atleta ta' Pembroke Athleta Jeremy Zammit ingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal April. Zammit kiseb il-midalja tad-deheb fil-kategorija ta' taħt it-18-il sena fit-tielet edizzjoni tal-EAP International Meeting li sar f'Katanja, ix-xahar li għadda. Jeremy Zammit bil-qabża tiegħu ta' 7.14m mhux biss assiguratlu l-midalja tad-deheb fil-long jump imma bħala Malti poġġietu mal-aqwa għaxra tal-età tiegħu fid-dinja, għal din is-sena. Total ta' 28 atleta Malti minn 10 klabbs differenti ħadu sehem f'dan l-avveniment internazzjonali, li kisbu14-il midalja fejn sitta minnhom kienu tad-deheb. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal April flimkien mal-abbiljament sportiv abbinat ma' dan il-premju ġew preżentati lil Jeremy Zammit minn Matthew von Brockdorff Managing Director u Chief Executive Officer ta' Atlas Insurance. Stephen Azzopardi membru tal-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kien preżenti wkoll għall-preżentazzjoni. Ir-rebbieħa għal din is-sena 2021 s'issa kienu: Kayden Lagana (Tenpin Bowling) - Jannar, Francesca Curmi (Tennis) - Frar u Mya Azzopardi (Swimming) - Marzu. Dan il-premju [...]

18 05, 2021

Jeremy Zammit claims the Atlas Youth Athlete of the Month award for April

By |May 18th, 2021|0 Comments

Pembroke Athleta's up and coming track and field athlete Jeremy Zammit has been awarded the Atlas Youth Athlete of the month Award for April. Zammit secured the U18 category gold medal at the 3rd edition of the EAP International meeting which was held in Catania last month. ​ It was a remarkable experience for Jeremy Zammit whose 7.14m jump secured him not only the gold medal in the long jump event but also a Maltese age category record (U18) and subsequently placing him among the best ten leading jumps globally for his age group this year. A total of 28 Maltese athletes representing no less than 10 different clubs participated in this international meeting in which the Maltese athletes claimed no less than 14 medals, six of which were gold. The trophy for the April 2021 Atlas Youth Athlete of the Month together with the sports apparel voucher combined with [...]

12 05, 2021

Rikonoxximent TGS Malta Fair Play għal Jannar – Marzu 2021

By |May 12th, 2021|0 Comments

Mill-preżentazzjoni uffiċjali ta’ ‘Together Gaming Solutions Fair Play Award ’, il-Malta Fair Play Movement b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sports se tkun responsabbli mill-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet b’rabta mal-kunċett ta’ Fair Play li jkunu għaddew minnu assoċjazzjonijiet, uffiċjali talisport u/ jew atleti matul il-perijodu Jannar – Marzu 2021. Il-Malta Fair Play Movement tikkonsidra wkoll sitwazzjonijiet ta’ ‘Fair Play’ imressqa mill-pubbliku fejn dettalji tal-avveniment / kompetizzjoni flimkien ma tagħrif dwar l-atleti, timijiet jew uffiċjali involuti għandhom jingħataw. Ir-rikonoxximent għal ‘Fair Play’ huwa intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għal mod atruwistiku f’kompetizzjoni/ijiet uffiċjali jew le. Dettalji ta’ nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ email info@maltasportsjournalists.com jew charles.camenzuli@gmail.com – mhux aktar tard mill-10 ta’ Mejju 2021.

Go to Top