It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Water Polo rebbieħ tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju
It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Water Polo ingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju. Għall-ewwel darba kemm ilu jingħata dan il-premju, ġie magħżul tim minflok atleta individwali. It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Water Polo ġab suċċess ieħor għall-water polo f’pajjiżna meta kkwalifika bl-ewwel post fi Grupp Ċ għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN. Minkejja n-nuqqas ta’ logħob kompetittiv, spiċċaw fi dro ta’ 10-10 kontra Franza wara li kienu għelbu lill-Islovenja 17-4. Il-Kampjonat Ewropew tal-LEN ta’ taħt il-15-il sena se jsir bejn l-4 u l-10 ta’ Lulju 2021 f’Loulé, fil-Portugall. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju flimkien ma’ tifkira tal-okkażjoni ġew preżentati lill-14-il plejer tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena minn Matthew von Brockdorff Managing, Director u Chief Executive Officer ta' Atlas Insurance. Lorraine Cunningham Segretarju Ġenerali u Stephen Azzopardi Amministratur tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kienu preżenti wkoll għall-preżentazzjoni. Ir-rebbieħa għal din is-sena 2021 s'issa kienu: Kayden Lagana [...]