Atlas Żagħżugħa tax-Xahar għal Novembru: Tenishia Thornton issir l-ewwel atleta li tirbaħ dan l-unur darbtejn
Il-Weightlifter ta' 15 -il sena Tenishia Thornton ġiet dikjarata rebbieħa tal-11 -il unur tas-sena tal-Atlas Żagħżugħ tax-Xahar għal Novembru 2020. Dan kien it-tieni unur simili li rebħet din l-atleta hekk kif kienet rebħet ukoll l-unur tax-xahar ta' Marzu. Thornton kellha dak li jista' jitqies bħala l-iktar riżultat prestiġjuż sa issa fil-karriera tagħha hekk kif ikklassifikat fit-tielet post fit-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena tal-IWF. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, din il-kompetizzjoni ġiet organizzata b’mod virtwali, b’Thornton tikseb l-ewwel midalja għal Malta f’dan il-livell f’dan l-isport. Thornton taħt il-gwida tal-kowċ tagħha Jesmond Caruana, kienet it-tieni l-iżgħar kompetitriċi minn total ta’ 17-il weightlifter li kkompetew f'dan il-kampjonat. Hi refgħet total ta’ 71 kilo fis-snatch wara li għamlet b’suċċess it-tliet tentattivi tagħha. Fil-clean and jerk, Thornton refgħat 80 kilo fl-ewwel tentattiv, falliet it-tieni tentattiv ta’ 84 kilo iżda għalqet bl-aħjar mod hekk kif refgħat il-piż li falliet ftit minuti qabel. B’hekk iż-żagħżugħa Maltija spiċċat fit-tieni [...]


