Home Page

6 05, 2015

L-Għaqda Ġurnalisti Sports f’laqgħa uffiċjali mal-MBA

By |May 6th, 2015|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel laqgħa ta’ korteżija lill-ogħla uffiċjali tal-Malta Basketball Association fil-Kwartieri tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali. Fil-laqgħa ġew diskussi bosta suġġetti marbuta mal-ħidma tal-ġurnalisti u kif il-media lokali tista’ tkun proattiva iktar fir-rapporti dwar il-kompetizzjonijiet kollha organizzati mill-Malta Basketball Association. Il-President tal-MBA Paul Sultana u s-Segretarju Ġenerali Joe Muscat flimkien mad-delegazzjoni tal-GħĠS żaru l-kumpless ġdid li huwa infrastruttura mill-aktar moderna u li fih l-Assoċjazzjoni investiet bil-bosta. Dan jinsab biswiet il-Padiljun fejn isir il-logħob uffiċjali u li qed iseri sabiex Clubs lokali kif wkoll tfal u żgħażagħ ikollhom iktar spazju u ħin jipprattikaw dan l-isport. […]

1 05, 2015

Ġurnalist Malti magħżul mill-AIPS għall-program Young Reporters

By |May 1st, 2015|0 Comments

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-ġurnaliżmu sportiv Malti, membru tal-Għaqda Ġurnalisti Sports intgħażel mill-Association Internationale de la Press Sportive (AIPS)  sabiex jagħmel parti minn grupp ta’ tnax -il  ġurnalist żagħżugh fil-progrett tal-AIPS – YOUNG REPORTERS PROGRAMME għall-ewwel edizzjoni tal-EUROPEAN GAMES illi għandhom isiru f’Baku, Ażerbaijan bejn it-12 u t-28 ta’ Ġunju 2015 Il-ġurnalist membru tal-GħĠS li ntgħażel mill-AIPS fost ġurnalisti mill-assocjazzjonijiet affiljati mill-Ewropa huwa STEWART SAID. Il-proġett tal-AIPS jiġbor fih l-ispejjeż kollha fil-perjodu kollu tal-kompetizzjoni bil-ġurnalisti jgħamlu parti minn grupp ta’ ġurnalisti li matul il-kompetizzjoni jipprovdu d-dettalji kollha necessarji lil media internazzjonali permezz tas-sit eletronniku tal-AIPS –www.aipsmedia.com kif wkoll għal publikazzjoni ewlenija AIPS Magazine. […]

30 03, 2015

Malta’s sport media says ‘ NO to match-fixing’

By |March 30th, 2015|0 Comments

The theme ‘ Say NO to match-fixing’ was the main topic in the educational Seminar organized by the Malta Sports Journalists’ Association for its member journalists. The Seminar was conducated by  Franz Tabone who has been involved in football, as a player or administrator, for 50 years and since 2011 as  Integrity Officer for the Malta Football Association  . Mr.Tabone tacked the various aspects relative to the theme in question. Further, through his knowledge and experience in the field discussed how even the sport media has a role to increase awareness about this plight. MSJA members had also the opportunity to express their views on the matter. […]

Go to Top