L-GħĠS fid-79 edizzjoni tal-Kungress tal-AIPS
F’Doha il-Qatar bejn is-7 u l-11 ta’ Frar tlaqqa d-79 Kungress tal-AIPS l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media Sportiva, fejn ġew diskussi bosta suġġetti u ttieħdu deċiżjonijiet importanti. Il-Kungress fit-tmiem tiegħu wasal sabiex appoġġja dikjarazzjoni li kienet imressqa mill-President tal-AIPS Gianni Merlo f’isem l-Ezekuttiv. Din id-dikjarazzjoni saret fid-dawl tal-fatt tas-sitwazzjoni imwera li jinsab għaddej minnha l-isport internazzjonali. Id-dikjarazzjoni tgħid hekk: Il-Membri ġurnalisti sportivi kollha tal-AIPS għandhom: 1) Jirrifjutaw li jkunu assoċjati ma’ kull attivita’ kriminali li hi ta’ theddida għall-isport. 2) Jitolbu trasparenza u fair play mill-atleti kollha, uffiċjali u parteċipanti. 3) Jippromwovu rivoluzzjoni kulturali magħmula fuq attitudni pożittiva, talent u fair play 4) Jinkoraġixxu l-liberta’ tal-espressjoni u l-indipendenza għall-integrita’ u l-valuri tal-Isport u jiffaċilitaw il-professjoni nobbli tal-ġurnalist sportiv. […]