L-Eżekuttiv tal-AIPS EUROPE f’Malta bejn l-20 u 22 ta’ Frar
Bejn l-20 u t-22 ta’ Frar l-attenzjoni tal-medja tal-isport fl-Ewropa ser tkun fuq il-laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv tal-AIPS Europe li se jsiru hawn Malta. L-organiżazzjoni tal-laqgħat ġiet fdata lill-Għaqda Ġurnalisti Sports fil-Kungress tal-AIPS li sar fil-Qatar fi Frar 2016. AIPS Europe – Malta2017 ser ikunu l-aħħar laqgħat qabel it-80 Kungress tal-AIPS li għandu jsir f’Mejju ta’ din is-sena f’Seoul u Pyeongchang fejn fl-istess Kungress għandha ssir l-elezzjoni tal-AIPS Europe u AIPS għall-perjodu 2017-2021. Preżenti għal laqgħat li għandhom isiru hawn Malta wħud mill-aqwa ġurnalisti tal-Isport fl-Ewropa fosthom Dr. Ioannis Daras (Greċja) li huwa wkoll il-President attwali, Lev Rossoshik (Russja) – Vici President, Murat Agca (Turkija) Teżorier kif wkoll il-membri Nastassja Marynina (Belarus), Gianfranco Coppola (Italja), Predrag Milinkovic (Serbja) Eldar Ismaylov (Azerbaijan), Guenter Pfeistlinger (Awstrija) u Charles Camenzuli – President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li huwa wkoll Segretarju Ġenerali tal-AIPS Europe. […]


