Home Page

8 05, 2017

L-MFA tibqa’ siekta wara l-inċident li kien involut fih ġurnalist

By |May 8th, 2017|0 Comments

Stqarrija għall-Istampa illum 8 ta’ Mejju 2017    L-Għaqda Ġurnalisti Sports turi d-diżaprovazzjoni tagħha għal-fatt li wara tlett ijiem mill-inċident li fih kien involut ġurnalist tal-iSport, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football baqgħet siekta dwar dan il-każ u l-anqas biss ħarġet stqarrija ta’ kundanna u solidarjeta’ ma’ dan il-ġurnalist li jirraporta regolarment il-kompetizzjonijiet tal-MFA.   L-Inċident seħħ nhar il-Ġimgħa fil-Hiberbians Stadium, meta membru tal-kumitat ta’ Birkirkara FC intimida u hedded lil dan il-ġurnalist. Il-każ qed ikun investigat mill-Pulizija. […]

6 05, 2017

Ġurnalist intimidat minn membru tal-kumitat ta’ Birkirkara FC, kundanna bla riservi

By |May 6th, 2017|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports fi stqarrija qalet li tikkundanna bla riservi l-inċident li seħħ il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju fejn ġurnalist tal-isport membru tal-Għ.Ġ.S li kien xogħol fil-Hibernians Stadium f’Kordin ġie intimidat, u mhedded minn membru tal-Kumitat ta’ Birkirkara FC waqt il-logħba mill-Kampjonat BOV Premier bejn l-istess Birkirkara u Floriana FC. L-istqarrija żżied li l-Gravita’ tal-inċident hi inkwetanti aktar u aktar hekk kif l-inċident seħħ fil-VIP Area tal-Hibernians Stadium fejn hemm ukoll il-Press Area li fiha jaħdmu u jkunu l-ġurnalisti. L-Għaqda Ġurnalisti Sports infurmata li wara l-logħba sar rapport lill-Pulizija li qegħdin jinvestigaw il-każ bl-għajnuna ta’ diversi xhieda fosthom ġurnalisti oħra u impjegati tal-MFA li kienu xogħol waqt il-logħba. […]

27 02, 2017

L-Aħħar diskors ta’ Charles Camenzuli bħala President waqt l-Isportivi Nazzjonali

By |February 27th, 2017|0 Comments

Dan t’hawn taħt hu d-diskors ta’ Charles Camenzuli President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li għamel waqt l-edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali liema edizzjoni saret is-Sibt li għadda. Dan kien l-aħħar diskors ta’ Camenzuli bħala President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-isport ta’ Malta hekk kif f’Mejju li ġej mistenni jirriżenja minn din il-kariga sabiex jibda jokkupa l-kariga ta’ President tal-AIPS Europe. […]

Go to Top