Tislima lil Henry Calleja: Dak li ra l-media tal-isport tiżviluppa
Kif kien xieraq il-Ġimgħa 7 ta’ Dicembru, dakinhar li tħabbret il-mewt tal-eks President tagħha Henry Calleja fl-età ta’ 77 sena, l-Għaqda Ġurnalisti Sports sellmet lil dan il-ġurnlist veteran li għal aktar minn ħamsin seklu baqa’ attiv fil-media tal-isport u l-iżvilupp li twettaq. Henry Calleja jibqa' sinonimu mal-ewwel snin ta' xandiriet tal-Isport permez tar-Rediffusion fis-snin sittin u aktar tard fuq Radju Malta fi żmien meta flimkien ma’ Frank Camilleri, Mario Meli, Twanny Buhagiar bdew jgħatu spazju lil sport ieħor mhux bilfors il-futbol. Kien preżentatur ta' diversi programmi tal-Isport fuq Xandir Malta u aktar tard bħala PBS. Hu kellu wkoll sehem fil-ġurnaliżmu stampat b'esperjenza fi ħdan bosta ġurnali lokali fosthom il-Ħajja, The Independent u aktar qabel fil-ġurnal The Bulletin. Fl-aħħar snin huwa kien kontributur ukoll f'bosta ġurnali u publikazzjonijiet fosthom in-Nazzjon. Jien li kelli l-opportunita' naħdem mill-qrib ma' Henry niftakru dejjem isegwi l-isport b'attenzjoni kbira u b'mod metikoluż. Henry Calleja bħala wieħed [...]


