Il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jikkundanna kull forma ta’ theddid fuq ġurnalisti, speċjalment meta dawn ikunu fuq il-qadi ta’ dmirijiethom.
Fl-aħħar jiem, l-Istitut ġie infurmat li membri fi ħdanu u ġurnalisti oħra sfaw vittmi ta’ theddid minn membri tal-familji ta’ żgħażagħ li tressqu akkużati li aggredew żagħżugħ ieħor.
Filwaqt li juri solidarjetà sħiħa mal-ġurnalist tal-PBS, Brandon Pisani u kollegi ġurnalisti oħra li waqt il-qadi ta’ dmirijiethom sfaw mhedda serjament, l-Istitut tal-Ġurnalisti jikkundanna bla riservi kull tip ta’ theddid u intimidazzjoni fuq il-ġurnalisti.
L-Istitut itenni li ebda dorma ta’ vjolenza, anqas dik verbali ma’ hi aċċettabbli u m’għandhiex titħalla għaddejja qisu xejn m’hu xejn.
Waqt li l-IĠM jirrikonoxxi s-sehem li tat il-pulizija f’dan il-każ, fejn tat protezzjoni xierqa lill-ġurnalisti u saħansitra skortathom sal-post tax-xogħol tagħhom biex jaslu b’mod sigur u ħieles minn kull periklu, jappella biex din il-protezzjoni tkun dejjem assigurata lill-ġurnalist waqt il-qadi ta’ dmirijietu.