It-82 Kungress tal-AIPS – Jitwaqqaf il-Kumitat tal-Media Sportiva tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa
F'Lausanne l-Iżvizzera bejn it-22 u l-24 ta' Jannar sar it-82 Kungress tal-AIPS (Association Internationale de la Press Sportiv) li laqqa' l-Media sportiva kollha ta' madwar id-Dinja f'dan il-kungress li jsur kull sena. F'dan il-kungress għall-ewwel darba twaqqaf Kumitat tal-Media Sportiva li tirrapreżenta l-Pajjiżi li jieħdu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Din l-ewwel laqgħa kienet ippreseduta minn Charles Camenzuli President tal-AIPS Euorope u li fiha ġew maħtura bħala Chairman Todor Brajkovic mill-Montenegro u Erodotos Militiadous minn Ċipru bħala Segretarju Eżekuttiv. Fil-laqgħa ġie deċiż li l-kariga ta' Chairman ta' dan il-kumitat iddur kull sentejn u għandha tingħata lill-ġurnalist li jirrapreżenta l-pajjiż fejn se jkunu qed isiru l-Logħob kull sentejn. Dan il-kumitat se jaħdem b'kollaborazzjioni sħiħa mal-Kumitati Olimpiċi ta' Andorra, Ċipru, Iżlanda, Liechtenstein, Lussemburgu, Malta, Monaco, Montenegro u San Marino sabiex jiżgura li l-faċilitajiet fejn jintlagħb il-logħob ikunu aċċessibli għall-media u jilħqu l-ħtiġijiet tal-media moderna. Il-Kumitat se jkun qed jikkolabora mal-Kumitati [...]



