Erba’ atleti, uffiċjal, kowċ u klabb lokali kienu ppreżentati b’għajnuna finanzjarja mill-kumpanija Malto Lotteries wara li huma kienu rebħu l-unuri prinċipali waqt l-edizzjoni ta’ Frar 2018 tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali.
 
Dan l-avveniment li hu orgnizzat b’mod kunġunt bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta jonora lill-atleti, uffiċjali u Clubs li jkunu ddistingwew ruħhom matul is-sena.
 
Fil-preżentazzjoni taċ-ċekkijiet lir-rebbieħa il-Kap Eżekuttiv ta’ Maltco Lotteries Vasilev Kasiotakis qal li hu ta’ pjaċir tiegħu li l-Malto Lotteries hi assoċjata ma’ dan l-avveniment. Hu nkoraġixxa aktar kumpaniji privati sabiex bħal Maltco Lotteries jinvestu fl-Isport Malti.
 
Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports min naħa tiegħu rringrazzja lill-Malto Lotteries tal-impenn favur l-Isport Malti. Micallef rrimarka li hu ta’ sodisfazzjon għaliħ u għall-Għaqda Ġurnalisti Sports li sa fl-aħħar l-Isport qiegħed jitella’ fuq quddiem fl-aġenda tal-Gvern, xhieda ta’ dan u l-importanza li qed jagħti lill-Isport il-Prim Ministru nnifsu matul l-aħħar xhur.
 
Il-preżentazzjoni mill-Maltco Lotteries sarret lil dawn ir-rebbieħa:
 
Sportiv tas-Sena: Duncan Micallef – Top Fuel Drag racing
Sportiva tas-Sena: Yazmin Zammit Stevens – Weightlifting
Sportiv żagħżugħ tas-Sena: Edward Xuereb – Tenpin Bowling 
Sportiva żagħżugħa tas-Sena: Sara Xuereb – Tenpin Bowling 
Uffiċjal tas-Sena: Paul Sultana – President Malta Basketball Association Coach Kowċ tas-Sena: Angela Adamoli – Women Basketball National Team 
Team tas-Sena: San Ġiljan ASC Waterpolo 
 
L-edizzjoni li jmiss ta’ SportMalta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjoni se ssir is-Sibt 23 ta’ Frar 2019.