L-Għaqda Ġurnalisti Sports tippreżenta t-trofew tas-Super Cup tal-Hockey
Qormi Daikin rebħu l-ewwel unur tal-istaġun 2021/2022 meta fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin huma għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 4-2. Din kienet sa ċertu punt vendetta sportiva tal-Qriema li kienu għadhom ġejjin minn telfa drammatika ta’ 3-2 kontra l-istess avversarji fil-finali tal-kompetizzjoni Knock-Out ġimgħa ilu. Din id-darba it-tim immexxi minn Andre Ghio kien iffukat u stabilixxa vantaġġ tajjeb fl-ewwel żewġ quarters li għenuh jieħu r-rebħa finali. Kien ukoll il-bidu ta’ staġun ġdid wara li l-ġimgħa l-oħra ntemmu l-kompetizzjonijiet uffiċjali tal-istaġun 2020/2021. Qormi skorjaw żewġ gowls fl-ewwel quarter permezz ta’ Matthijs Bartelts u Steve Tanti. Fit-tieni quarter, Bartelts żied ieħor għall-Qriema sabiex għaqqad doppjetta personali b’Matteo Forani jiskorja r-raba’ gowl u Chris Agius inaqqas il-marġni tal-iskor. Hekk kif it-tielet quarter ma pproduċa l-ebda gowl, fir-raba’ quarter Sliema reġgħu skorjaw permezz ta’ Chris Agius li b’hekk kien awtur ta’ doppjetta. Minkejja kollox, kien tard wisq għas-Slimiżi sabiex isalvaw ir-riżultat. Fl-aħħar tal-konfront, Robert Busuttil, f’isem [...]