Issir il-preżentazzjoni Atas Youth Athlete of the Month 2020 lil Bugeja u lil Shultheis
Saret il-preżentazzjoni tal-Atlas Youth Athlete of the Month lill-player internazzjonali tal-futbol Haley Bugeja. Il-plejer Maltija ta’ 16 –il sena kienet rebet dan l-unur fix-xhar ta' Ottubru 2020 iżda minħabba l-impenji tagħha fl-Italja fis-Serie A Femminile ma kinitx f'Malta. Fil-jiem li għaddew hi kienet Malta għal btala qasira sabiex tara l-familja tagħha għall-Milied fejn saritilha l-preżentazzjoni tat-trofew u l-voucher ta' abbiljament sportiv marbut ma' dan l-unur. Il-Preżentazzjoni saret mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef fil-preżenza ta' Gianluca Lia uffiċjal tal-MFA responsabbli mill-Media tat-teams Nazzjonali tan-Nisa tal-futbol. Preżentazzjoni lil Richard Schultheis Fl-aħħar jiem tas-sena 2020 saret ukoll il-preżentazzjoni tal-Atlas Youth Athlete of the Month lil baħħar żagħżugħ Richard Schultheis li jipprattika l-isport tal-Ibburdjar. Schultheis kien rebaħ l-unur b'inizjattiva konġunta bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u Atlas Insurance tax-xahar ta' Lulju 2020 iżda minħabba l-impenji tiegħu f'diversi Regattas madwar l-Ewropa l-iktar fil-Ġermanja, ma setax jirċievi fiżikament it-trofew. Il-Preżentazzjoni lil Richard Shulthies saret minn David [...]