Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2020 – Il-Votazzjoni mneddija fuq Facebook
Bħalma tħabbar dan l-aħħar, l-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Atlas Insurance għadhom kemm uffiċjalment neddew il-votazzjoni pubblika għall-Premju tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena. Il-ħdax-il atleta li rebħu l-premju ta’ kull xahar matul is-sena 2020 huma eliġibbli għal premju annwali b’votazzjoni ta’ panel ta’ ġurnalisti flimkien mal-pubbliku ġenerali. Il-vot tal-ġurnalisti se jkollu 60% sehem tal-voti, filwaqt li l-vot tal-pubbliku minn fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Atlas Insurance https://www.facebook.com/atlasmalta/ se jkollu 40%. L-atleti eliġibbli għall-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena: Rachela Pace (Atletika) Jannar 2020 Dejan Grech (Pool) Frar 2020 Tenishia Thornton (Weightlifting) Marzu & Novembru 2020 Jake Vella (Għawm) April 2020 Thomas Borg (Para Għawm) Mejju 2020 Matthew Magro (Tenpin bowling) Ġunju 2020 Richard Schulthies (Ibburdjar) Lulju 2020 Sacha Gatt (Għawm) Awwissu 2020 Kayden Lagana (Tenpin bowling) Settembru 2020 Haley Bugeja (Futbol) Ottubru 2020 Tara Vella Clark (Ġinnastika) Diċembru 2020 "Aħna ninsabu onorati u kburin li kellna sehem importanti fir-rikonoxximent tat- talenti u tas-suċċessi [...]