Haley Bugeja tirbaħ L-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Diċembru
Haley Bugeja ingħatat l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Diċembru. Bugeja li għandha 17-il sena skurjat l-ewwel gowl tagħha għal dan l-istaġun fis-Serje A Femminili fl-Italja ma’ U.S. Sassuolo kontra Napoli, sabiex dan kien it-13-il gowl tagħha magħhom minn meta ngħaqdet magħhom fl-istaġun li għadda. Hija kellha d-debutt professjonali tagħha b’żewġ gowls kontra l-istess Napoli, meta U.S. Sassuolo rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1. F’Diċembru li għadda, Haley Bugeja saret l-ewwel Maltija li ġiet magħżula mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Istatistika u l-Istorja tal-Futbol l-IFFHS, bħala attakanta li tagħmel parti mit-tim tal-aqwa 11-il plejer tal-futbol tan-nisa fid-dinja. Minħabba l-impenji kontinwi mal-klabb Taljan, Bugeja mhux se tkun f’Malta għalissa. Għaldaqstant il-preżentazzjoni uffiċjali tat-trofew Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar u l-vawċer ta’ abiljament sportiv abbinat ma’ dan il-premju jingħata lil Bugeja aktar il-quddiem. Ir-rebbieħa l-oħra kollha għas-sena 2021 huma: Kayden Lagana (Tenpin Bowling) - Jannar, Francesca Curmi (Tennis) – Frar, Mya Azzopardi (Għawm) – Marzu, Jeremy Zammit (Long [...]

