L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lill-parteċipanti tal-AIPS Young Reporters Programme
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lit-tnax-il parteċipant tal-AIPS Young Reporters Programme li ġie organizzat f’Malta waqt l-edizzjoni tal-UEFA Under-19 Championship. Matul dawn l-ġimgħatejn, dawn iż-żgħażagħ li qed jaspiraw li jaħdmu bħala ġurnalsiti sportivi, kellhom din l-opportunità unika li jsegwu mill-qrib l-organizazzjoni ta’ avveniment internazzjonali tal-futbol, filwaqt li jkabbru l-għarfien tagħhom dwar il-ġurnaliżmu sportiv b'rapportaġġ regolari tal-logħbiet ta' dan il-kampjonat. Qabel il-finali tal-Under-19 Championship bejn il-Portugallu l-Italja, li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali Ta' Qali, ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lill-parteċipanti. Iċ-ċertifikati ġew ippreżentati minn Gianni Merlo, President tal-AIPS, li hija l-assoċjazzjoni internazzjonali tal-ġurnalisti sportivi u mill-leġenda tal-futbol Zvonimir Boban, li huwa UEFA Technical Director u Chief of Football. Preżenti wkoll Bjorn Vassallo, President tal-Malta Football Association; Sandro Micallef u Lorraine Cunningham President u Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports rispettivament flimkien mal-President tal-AIPS Europe Charles Camenzuli. Waqt iċ-ċermonja tal-għoti taċ-ċertifikati, Gianni Merlo rringrazzja lill-UEFA għall-kontribut tagħha sa’ mill-ewwel edizzjoni tal-AIPS Young Reporters Programme li kienet [...]

