L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lit-tnax-il parteċipant tal-AIPS Young Reporters Programme li ġie organizzat f’Malta waqt l-edizzjoni tal-UEFA Under-19 Championship.

Matul dawn l-ġimgħatejn, dawn iż-żgħażagħ li qed jaspiraw li jaħdmu bħala ġurnalsiti sportivi, kellhom din l-opportunità unika li jsegwu mill-qrib l-organizazzjoni ta’ avveniment internazzjonali tal-futbol, filwaqt li jkabbru l-għarfien tagħhom dwar il-ġurnaliżmu sportiv b’rapportaġġ regolari tal-logħbiet ta’ dan il-kampjonat.

Qabel il-finali tal-Under-19 Championship bejn il-Portugallu l-Italja, li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali, ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lill-parteċipanti.

Iċ-ċertifikati ġew ippreżentati minn Gianni Merlo, President tal-AIPS, li hija l-assoċjazzjoni internazzjonali tal-ġurnalisti sportivi u mill-leġenda tal-futbol Zvonimir Boban, li huwa UEFA Technical Director u Chief of Football.

Preżenti wkoll Bjorn Vassallo, President tal-Malta Football Association; Sandro Micallef u Lorraine Cunningham President u Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports rispettivament flimkien mal-President tal-AIPS Europe Charles Camenzuli.

Waqt iċ-ċermonja tal-għoti taċ-ċertifikati, Gianni Merlo rringrazzja lill-UEFA għall-kontribut tagħha sa’ mill-ewwel edizzjoni tal-AIPS Young Reporters Programme li kienet saret f’Iżrael fl-2013 waqt il-UEFA Under-21 Championship.

It-tnax-il parteċipant tal-AIPS Young Reporters Programme li kienu f’Malta waqt il-UEFA U-19 European Championship kienu dawn:

Camila Alves, Brażil
Guðmundur Aðalsteinn Ásgeirsson, Iżlanda
Emmanuel Ayamga, Ghana
Ryan Cauchi, Malta
Panagiota Chalkia, Greċja
Andrew Dempsey, Irlanda
Costanza Marsili, Italja
Tomáš Plavecký, Slovakkja
Alba Reinado, Spanja
João Sampaio, Portugall
Tor Henrik Fredriksen Stensland, Norveġja
Konrad Witkowski, Polonja

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tawgura kull suċċess lill-parteċipanti kollha fil-karriera tagħhom bħala ġurnalisti tal-isport.