Rachela Pace rebbieħa tal-Atlas l-Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Jannar 2020
L-isprinter u atleta fil-long jump Rachela Pace rebħet l-ewwel edizzjoni tal-Atlas l-Atleta Żagħżugħa tax-Xahar, għal Jannar 2020. Dan il-premju li ġie mniedi ftit tal-ġimgħat ilu, qed jingħata fuq inizjattiva konġunta tal-kumpanija Atlas Insurance u l-Għaqda Ġuranlisti Sports, fejn permezz ta’ ġurija magħmula minn tliet ġurnalisti sportivi, jiġu evalwati r-riżultati miksuba f’kull xahar, mill-atleti ta’ taħt il-21 sena. Dan il-premju huwa immirat għal dawk l-atleti ta’ taħt il-21 sena li jiddistingwu ruħhom fir-riżultati miksuba, kemm lokalment u anki internazzjonalment. Fl-istess waqt qed tingħata importanza lejn ir-rispett tal-valuri sportivi. Id-dixxiplini sportivi li jikklassifikaw għal dan il-premju jvarjaw u kull sport huwa kkunsidrat, kemm fuq bażi individwali u anki fuq bażi ta’ tim. “L-Atlas l-Atleta Żagħżugħ/a tax-Xahar huwa maħsub li jippromwovi l-attività fiżika u l-kompetittività sportiva fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa u li jinħolqu role models għaż-żgħażagħ in ġenerali,” saħaq David Cassar, Manager - Business Development and Marketing ta’ Atlas Insurance. Rachela Pace, li għandha [...]



