L-Għaqda Ġurnalisti Sports tirrispondi l-kummenti ta’ Cristian Muscat
8 ta’ Frar 2019 L-Għaqda Ġurnalisti Sports tieħu nota tal-kummenti dispreġjattivi li saru fuq facebook mill-eks membru tal-Eżekuttiv tal-GħĠS Cristian Muscat ilbierah 7 ta' Frar 2019. Qatt ma kienet l-intenzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv li ċertu diskussjonijiet u deċiżjonijiet tal-kumitat joħorġu fil-pubbliku iżda ġaladarba s-sur Muscat għoġbu jitfa' fid-dubju l-integrita' tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tal-Kumitat Organiżattiv tas-SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-Eżekuttiv m’ghandux triq ohra hlief dik li jiċċara l-fatti kif ġej: Għal perjodu twil ta’ żmien kienu qed jaslu hafna rapporti għand l-GħĠS minn persuni involuti fl-isport, ufficjali, atleti u ġurnalisti oħra, li f’ċertu attivitajiet, speċjalment meta tali attivitajiet ikunu segwiti minn festini, li l-imġieba tas-sur Cristian Muscat ma kenitx tkun waħda denja u tirrifletti mġieba etika kif mistennija mill-ġurnalisti membri tal-GħĠS; Madanakollu kemm il-President tal-GħĠS Sandro Micallef, kif ukoll membri ohra tal-Eżekuttiv, dejjem ippruvaw jgħinu lis-sur Muscat jipprova jegħleb dawn il-problemi. Dan sakemm l-affarijiet laħqu livelli inaċċettabli waqt ġita li [...]