F’Laqgħa Ġenerali Annwali organizzata b’mod virtwali, inħatar Kunsill Eżekuttiv ġdid għallIstitut tal-Ġurnalisti Maltin għas-sentejn li ġejjin. Għall-ewwel darba, il-kunsill se jkollu membri minn sitt kmamar tal-aħbarijiet lokali biex b’hekk hemm l-akbar rapreżentanza tal-media Maltija. Għall-ewwel darba ukoll, l-IĠM se jkollu tliet nisa fil-Kunsill, biex b’hekk hemm l-akbar rapreżentanza femminili li qatt kellu l-Kunsill tal-IĠM fi 30 sena kemm ilu jeżisti. Fin-nuqqas ta’ nominazzjoni għall-kariga ta’ President, il-laqgħa ġenerali annwali qablet li persuna fost il-membri eletti fil-kunsill għandha tintgħażel għall-President fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill meta jitqassmu il-karigi rispettivi. Nigel Mifsud se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali waqt li Mario Schiavone se jibqa jokkupa lkariga ta’ teżorier. Il-membri l-oħra appuntati huma Claire Caruana, Sylvana Debono, Christine Amaira, Neil Camilleri, Julian Bonnici, Charles Camenzuli u Domenic Aquilina. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef se jkun membru mingħajr vot fil-kunsill, bl-għaqda hi statutorjament affiljata fi ħdan l-IĠM.

Waqt il-laqgħa ġenerali annwali, ġie żvelat il-logo il-ġdid tal-IĠM (mehmuż) kif ukoll ta’ kummissjonijiet oħra li jaħdmu b’mod awtonomu mill-Kunsill Eżekuttiv: ilKummissjoni għall-Etika fil-Ġurnaliżmu u l-Kummissjoni li se jkollha f’idejha lorganizzazjoni tal-Malta Journalism Awards.

Il-membri approvaw b’mod unanimu diversi emendi fl-istatut, li jġibu konformi marrekwiżiti tal-Kummissjoni għall-Volontarjat. Ewlenin fosthom: iż-żieda minn 7 għall 9 flammont ta’ membri li għandhom ikunu fil-Kunsill tal-IĠM, il-bidla fin-nomenklatura biex minflok Chairperson, l-IĠM ikollu President, it-tneħħija tal-vot bi prokura f’każi ta’ laqgħat ġenerali u li il-laqgħat ġenerali għandhom jibdew isiru kull sena u mhux kull sentejn kif approvat fl-2016. Żieda oħra hi il-ħatra ta’ żewġ reviżuri biex ikun hemm skrutinju aħjar talfinanzi tal-IĠM, bil-membri Mario Xuereb u Victor Vella jinħatru bħala l-ewwel żewġ reviżuri tal-Istitut.
Il-laqgħa ġenerali annwali approvat li l-IĠM jesplora fid-dettall il-ħtiġijiet biex l-Istitut jagħmel dan il-pass, fosthom billi jkun hemm konsultazzjoni.

B’vot unanimu, il-laqgħa ġenerali irringrazzjat lill-membri li temmew ħidmiethom filKunsill: ic-Chairman Yannick Pace, u l-membri Mario Xuereb u Roderick Agius.