Kunsill Eżekuttiv ġdid għall-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin
F’Laqgħa Ġenerali Annwali organizzata b’mod virtwali, inħatar Kunsill Eżekuttiv ġdid għallIstitut tal-Ġurnalisti Maltin għas-sentejn li ġejjin. Għall-ewwel darba, il-kunsill se jkollu membri minn sitt kmamar tal-aħbarijiet lokali biex b’hekk hemm l-akbar rapreżentanza tal-media Maltija. Għall-ewwel darba ukoll, l-IĠM se jkollu tliet nisa fil-Kunsill, biex b’hekk hemm l-akbar rapreżentanza femminili li qatt kellu l-Kunsill tal-IĠM fi 30 sena kemm ilu jeżisti. Fin-nuqqas ta’ nominazzjoni għall-kariga ta’ President, il-laqgħa ġenerali annwali qablet li persuna fost il-membri eletti fil-kunsill għandha tintgħażel għall-President fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill meta jitqassmu il-karigi rispettivi. Nigel Mifsud se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali waqt li Mario Schiavone se jibqa jokkupa lkariga ta’ teżorier. Il-membri l-oħra appuntati huma Claire Caruana, Sylvana Debono, Christine Amaira, Neil Camilleri, Julian Bonnici, Charles Camenzuli u Domenic Aquilina. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef se jkun membru mingħajr vot fil-kunsill, bl-għaqda hi statutorjament affiljata fi ħdan l-IĠM. Waqt il-laqgħa ġenerali annwali, ġie żvelat il-logo [...]


