L-Għaqda Ġurnalisti Sports f’laqgħa uffiċjali mal-MBA
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel laqgħa ta’ korteżija lill-ogħla uffiċjali tal-Malta Basketball Association fil-Kwartieri tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali. Fil-laqgħa ġew diskussi bosta suġġetti marbuta mal-ħidma tal-ġurnalisti u kif il-media lokali tista’ tkun proattiva iktar fir-rapporti dwar il-kompetizzjonijiet kollha organizzati mill-Malta Basketball Association. Il-President tal-MBA Paul Sultana u s-Segretarju Ġenerali Joe Muscat flimkien mad-delegazzjoni tal-GħĠS żaru l-kumpless ġdid li huwa infrastruttura mill-aktar moderna u li fih l-Assoċjazzjoni investiet bil-bosta. Dan jinsab biswiet il-Padiljun fejn isir il-logħob uffiċjali u li qed iseri sabiex Clubs lokali kif wkoll tfal u żgħażagħ ikollhom iktar spazju u ħin jipprattikaw dan l-isport. […]

