L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tagħha
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) organizza attività f’għeluq il-50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-għaqda, lura fl-1970. Preżenti għal din l-attività, kien hemm diversi membri tal-GħĠS, kif ukoll diversi ġurnalisti veterani, fosthom żewġ fundaturi membri Joe Cutajar u Leonard Zammit. Fid-diskors tal-okkażjoni l-President tal-GħĠS Sandro Micallef radd ħajr lill-predeċessuri tiegħu, fl-ordni: Fr. Hilary Tagliaferro Tagliaferro l-ewwel President sa mit-twaqqif tal-GħĠS (dak iż-żmien Għaqda Kittieba Sports) lura fl-1970, kif ukoll lill-mibki iżda qatt minsi Henry Calleja li dam sittax-il sena bħala President tal-Assoċjazzjoni, kif ukoll lill Charles Camenzuli li kien it-tielet President tal-assoċjazzjoni li tirrapreżenta lill-media sportiva f'pajjiżna. Sandro Micallef qal illi din iċ-ċelebrazzjoni waslet wara li s-sena l-oħra kellha tkun posposta minħabba l-pandemija u għaldaqstant il-kumitat ħass il-ħtieġa li tkun organiżżata xorta waħda u jkunu onorati dawk li sawwru l-istorja tal-ġurnaliżmu sportiv f’pajjiżna. Fid-diskors tiegħu Micallef semma lill-membri fundaturi kollha; Fr Hilary Tagliaferro l-ewwel President, Lewis Portelli li kien l-ewwel Viċi-President, Joe [...]