Is-Sibt filgħaxija waqt xandira diretta fuq TVM News+ u l-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, tħabbru r-rebbieħa tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. It-62 edizzjoni rat lura l-finalisti u l-mistednin tagħhom flimkien ma’ mistednin distinti, bħala udjenza waqt is-serata finali. Din l-attività bdiet bir-Red Carpet ippreżentat mill-Viċi President u s-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Clinton Buhagiar u Lorraine Cunningham.

Saru diskorsi qosra tal-okkażjoni mill-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni l-Onor Clifton Grima, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar u l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef. Preżenti wkoll il-President tal-AIPS Europe u Viċi President tal-AIPS, Charles Camenzuli; il-Viċi President tal-AIPS, il-Grieg Iannis Daras u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Sportivi ta’ Ċipru, Erodotos Miltiadous.

Għal sena oħra din is-serata kienet organizzata b’mod konġunt mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ SportMalta bl-appoġġ sħiħ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.

Waqt din is-serata finali li kienet ippreżentata minn Joanna Camilleri u Simon Farrugia ġew mqassma 11-il unur; b’sebgħa fuq votazzjoni tal-ġurija, wieħed fuq vot popolari tal-pubbliku, wieħed għażla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tnejn fuq suġġeriment ta’ Special Olympics.

L-unuri kollha mqassma kienu dawn:

Sportiv tas-Sena – NEIL AGIUS (Open Water Swimming)

Sportiva tas-Sena – SUE ABELA (Ten Pin Bowling)

Żagħżugħ tas-Sena – JEREMY ZAMMIT (Long Jump – Athletics)

Żagħżugħa tas-Sena – TENISHIA THORNTON (Weightlifting)

Tim tas-Sena – MALTA NATIONAL TEAM U/15 MEN (Water Polo)

Kowċ tas-Sena – ANTHONY FARRUGIA (Water Polo)

Uffiċjal tas-Sena – BERNARD VASSALLO (Basketball)

L-Aħjar Attività Internazzjonali tas-Sena – EUROPEAN JUNIOR ARTISTIC CHAMPIONSHIPS (Aquatic Sports Association of Malta)

People’s Choice Award – NEIL AGIUS (Open Water Swimming)

Special Olympics Atleta Maskili – JAKE GATT (Athletics)

Special Olympics Atleta Femminili – REBECCA DALLI