Laqgħa ta’ informazzjoni ma’ Devis Mangia
Illum 14 ta’ Marzu 2022 Diversi ġurnalisti sportivi li jsegwu l-kampjonat BOV Premier u t-timijiet Nazzjonali Maltin kellhom laqgħa informali mal-kowċ Nazzjonali Devis Mangia fejn fiha ingħatat informazzjoni utli ta’ dak li qed iseħħ fiċ-ċentru tekniku tal-MFA. L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) aċċettat l-istedina tad-dipartiment tal-Kummunikazzjoni tal-MFA u ħadet sehem f'din il-laqgħa li fiha ġiet ippreżentata l-ħidma u l-viżjoni ta’ Devis Mangia bħala kowċ tat-tim Nazzjonali u bħala Direttur tekniku tat-tims Nazzjonali kollha min dak ta’ taħt il-15 -il sena ‘l fuq. Fil-laqgħa Mangia spjega kif il-livell ta’ preparazzjoni tat-timijiet nazzjonali kollha qed isir fuq livell professjonali mhux biss mil-lat tekniku iżda anke mil-lat xjentifiku fejn bi pjattaforma ġdida li investit fiha l-MFA sabiex il-kowċis kollha għandhom l-aħħar data u kull dettall ieħor li jirrigwardja l-plejers. Il-laqgħa kellha diversi interventi mill-ġurnalisti li taw l-opinjoni tagħhom dwar is-sitwazzjoni tal-futbol f’Malta. Għal din il-laqgħa flimkien mal-President Sandro Micallef, is-Segretarju Ġenerali Lorraine Cunningham u [...]