Home Page

6 02, 2018

Giusy Versace mistiedna ta’ eċċelenza fit-58 Edizzjoni tal-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 6th, 2018|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjaċir tħabbar li l-atleta paralimpika GIUSY VERSACE ser tkun il-mistiedna specjali fit-58 Edizzjoni tal-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Versace se tkun se tinġieb Malta bl-għajuna ta' SportMalta. Giusy Versace se tkun il-personalita' ta' din is-sena fl-attivita' li se tkun qed tippremja l-kisbiet tal-atleti u uffiċjali Maltin għal kisbiet tagħhom matul is-sena 2017. L-IsportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se jsiru nhar is-Sibt 17 ta' Frar u s-serata se tixxandar diretta fuq TVM2 CV ta' Giusy Versace It-28 ta’ Awissu 2005 kienet il-ġurnata li biddlet ħajjet Giusy Versace meta dakinhar f’inċident tat-traffiku tilfet riġlejha t-tnejn. Sentejn wara l-inċident iżda reġgħet bdiet issuq filwaqt li fl-2011 waqqfet l-assoċjazzjoni ‘ Disabili No Limits’ f’mument meta bdiet karriera fl-atletika tant li fl-2011 fi Spanja għamlet il-100 metru fi 15.50 sekondi izda minkejja dan ma kienx biżżejjed biex tikkwalifika għal Parolimpijadi ta’ Londra fl-2012. Fl-2014 għamlet il-100 metru f’ħin record [...]

31 01, 2018

Magħrufa l-finalisti ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |January 31st, 2018|0 Comments

F’attivitá li saret fil-Cottonera Sports Complex f’Bormla tħabbru l-finalisti ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, b’ħames atleti minn kull kategorija issa jikkontestaw l-unuri finali f’serata li se ssir dan ix-xahar. Dawn il-finalist ġew magħżula b’votazzjoni mill-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Dawn l-Awards se jippremjaw il-kisbiet sportivi matul is-sena 2017. L-Uniku kategorija li se jkollha sitt finalisti hi l-kategorija tal-Isportiv tas-Sena hekk kif żewġ kontestanti ġabu l-istess ammount ta' voti mill-votazzjoni tal-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports waqt l-istadju ta' votazzjoni tas-semi finalisti. Il-finalisti fil-kategorija Żagħżugħa tas-Sena huma Francesca Curmi (Tennis), Francesca Falzon Young (Għawm), Shelby Mangion Vassallo (Weightlifting), Helene Pellicano (Tennis) u  Sara Xuereb (Ten Pin Bowling). L-aħħar ħamsa fil-kategorija Żagħżugħ tas-Sena huma  Jurgen Balzan (Table Football), Jacob Sciberras (Waterpolo), Kijan Sultana (Squash), Thomas G Woods Jr. (Triathlon) u Edward Xuereb (Ten Pin Bowling). It-Tim tas-sena irid jintgħażel mit-Team Nazzjonali Nisa 'A' 4 x 100m (Atletika), Team Nazzjonali Nisa 'A' (Basketball), Giordmaina Racing [...]

17 01, 2018

Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali 2017 semi-finalists announced

By |January 17th, 2018|0 Comments

Following nominations by Maltese sports associations and federations, the semi-finalists for the Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali 2017 were announced on Monday. Sports journalists can now vote for their preferences till Tuesday 23 January, with the awards to be announced during this year’s edition of Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali 2017. In the Sports Man of the Year category, the semi-finalists are John Agius (Darts), Noel Baldacchino (Horce Racing), Graham Borg (Triathlon), Gianluca Chetcuti (Shooting), Aaron Ciantar (Powerboats), Anton Cuschieri (Pool), Gary Giordmaina (Lotta), Duncan Micallef (Drag Racing), Andre Schembri (Football) and Mark Spiteri (Ten Pin Bowling). The Sports Woman of the Year will be chosen from Sue Abela (Ten Pin Bowling), Marie Claire Aqulina (Cycling), Eleonor Bezzina (Shooting), Rachel Cuschieri (Football), Elaine Genovese (Tennis), Christina Grima (Basketball), Monika Lazarova (Gymnastics), Hannah Pace (Triathlon), Charlotte Wingfield (Athletics) and Yasmin Zammit Stevens (Weightlifting). The semi-finalists in the [...]

17 01, 2018

Magħrufa s-semi-finalisti tal-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali 2017.

By |January 17th, 2018|0 Comments

Wara li saru n-nominazzjonijiet mill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi Maltin, issa saru magħrufa s-semi-finalisti tal-Isport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali 2017. Il-fażi tal-voti mill-ġurnalisti bdiet it-Tnejn li għadda u tagħlaq nhar it-Tlieta 23 ta’ Jannar 2018, biex imbagħad il-verdett finali jingħata waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isport Malta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali. Fil-kategorja Sportiv tas-Sena, is-semi-finalisti huma John Agius (Darts), Noel Baldacchino (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Graham Borg (Triathlon), Gianluca Chetcuti (Sparar), Aaron Ciantar (Powerboats), Anton Cuschieri (Pool), Gary Giordmaina (Lotta), Duncan Micallef (Drag Racing), Andre Schembri (Football) u Mark Spiteri (Ten Pin Bowling) L-Isportiva tas-Sena trid tintgħażel minn fost Sue Abela (Ten Pin Bowling), Marie Claire Aqulina (Ċikliżmu), Eleanor Bezzina (Sparar), Rachel Cuschieri (Football), Elaine Genovese (Tennis), Christina Grima (Basketball), Monika Lazarova (Ġinnastika), Hannah Pace (Triathlon), Charlotte Wingfield (Atletika) u Yasmin Zammit Stevens (Weightlifting). Is-semi-finalisti fil-kategorija Uffiċjal tas-Sena huma  Joe Bajada (Ċikliżmu), Francesca Borg (Ġinnastika), Terry Camilleri (Snooker), Jesmond [...]

Go to Top