Thomas Borg ippreżentat bl-unur tal-Atlas Żagħżugħ tax-xahar għal Mejju
L-Atleta Paralimpiku Thomas Borg rebaħ l-unur tal-Atlas Żagħżugħ tax-xahar għal Mejju hekk kif hu ntagħżel bħala wieħed mill-atleti li bil-perseveranza tiegħu baqa’ attiv u pożittiv waqt il-pandemija COVID-19. Borg li għandu 18 –il sena twieled b’Dysmelia f’idu l-leminija u beda l-avventura tiegħu fl-għawm kompettitiv fis-sena 2015 taħt il-gwida tal-kowċ Ebi Ebidaniad. Qabel beda l-għawm hu kien jilgħab regolarment il-futbol man-Nursery ta’ Melita AFC. Wara perjodu jittrenja l-għawm hu kien magħżul biex jifforma parti mit-team Nazzjonali tal-Para Swimming taħt it-tmexxija tal-kowċ Isabelle Zarb fejn idebutta f’kompetizzjoni internazzjonali f’Istanbul it-Turkija. Wara sena jitħarreġ bis-serjeta’ hu ngħaqad mal-Club ta’ Neptunes sakemm ikkwalifika uffiċjalment bħala għawwiem taħt ir-rekwiżiti tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali fejn beda jikkompeti f’meetings internazzjonali paralimpiċi tal-għawm. Wara, taħt il-gwida tal-kowċ Edward Caruana Dingli mal-Club ta’ Exiles, Borg ikkompeta f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali fl-Italja kif ukoll fil-kampjonat tad-Dinja tal-Għawm Paralimpiku f’Londra fl-Ingilterra. F’dawn l-aħħar xhur Thomas reġa’ beda jittrenja taħt l-ewwel kowċ tiegħu Ebidaniad fl-Inspire [...]