Kai Azzopardi jirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Marzu
Kai Azzopardi ingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Marzu. Ta’ 15-il sena, huwa l-iżgħar atleta maskili li rebaħ it-titlu tal-kampjonat meta rebaħ il-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon, li kienu saru f’Għawdex. It-tiġrija kienet immarkata b’kundizzjonijiet xejn faċli tat-temp li għamlu l-perkors wieħed ferm missielet. Barra minn hekk Azzopardi wera l-ħila tiegħu li jikkompeti kontra atleti tal-esperjenza b’imġieba tattika li tmur lil hemm mill-età żgħira tiegħu. Danica Bonello Spiteri, li hija l-kowċ ta’ Azzopardi irrimarkat li r-riżultat li kiseb wera l-abiltà li għandu biex jitgħallem u jisma’ t-tmexxija tagħha u kif ukoll l-impenn regolari tiegħu għat-taħriġ. Dan kollu jawgura ferm tajjeb għall-futur. Kai Azzopardi kien l-uniku rappreżentant ta’ pajjiżna li ħa sehem f’kamp ta’ taħriġ organizzat mill-Fondazzjoni Pho3nix li sar f’Lausanne, l-Iżvizzera, fejn b’kollox ħadu sehem għoxrin żagħżugħ u żagħżugħa. Azzopardi huwa wieħed mit-triatleti li jitħarrġu ma' Agones SFC u l-Akkademja Maltija taż-Żgħażagħ tat-Triathlon f’dawn l-aħħar ħames snin dejjem tatu t-titlu tat-Triatleta [...]

