Approvat l-Istatut il-ġdid tal-AIPS waqt il-85 Kungress li sar f’Seoul
Il-Ħamis ġie fi tmiemu l-85 Kungress tal-AIPS (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-midja sportiva) li kien qed isir f’Seoul il-Korea t’Isfel. Fuq l-aġenda ta’ dan il-Kungress kien hemm ir-reviżjoni tal-istatut tal-AIPS li issa ġie approvat wara iktar minn sentejn ta’ diskussjoni bil-kontribut tal-kummissjoni li kienet responsabbli minn dan il-proġett. Il-Kungress kien jinkludi wkoll diversi preżentazzjonijiet minn Federazzjonijiet Internazzjonali li kollha kemm huma ppreżentaw il-viżjoni u l-preparazzjoni tagħhom għall-avvenimenti sportivi maġġuri fix-xhur li ġejjin. Fost dawn kien hemm preżentazzjoni mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali dwar l-aħħar preparazzjoni għall-Olimpjadi f’Pariġi s-sena d-dieħla kif ukoll il-FIFA tat rendikont tal-aħħar tħejjijiet tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li se ssir l-Awtralja u New Zealand fis-sajf li ġej. Preżentazzjonijiet oħra saru mill-UEFA dwar il-kampjonat Ewropew tas-sena 2024, mill-UNESCO dwar il-proġett tagħhom ta’ edukazzjoni permezz tal-isport u mill-FISU dwar il-World University Games li se jsiru fiċ-Ċina s-sena d-dieħla. Fil-preżentazzjoni ta’ Thomas Giordano, Kap tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-UEFA, saret referenza għall-fatt li l-UEFA reġgħat [...]


