L-GħĠS fi ftehim mal-ASA dwar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ għaqdiet
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS) kellu l-ewwel laqgħa uffiċjali għal dan it-terminu ta’ erba’ snin. Qabel din il-laqgħa, il-Kumitat Eżekuttiv iltaqa’ mal-President tal-Aquatic Sports Association of Malta (ASA), Karl Izzo, fejn awgura lill-membri eletti. Waqt din il-laqgħa ta’ kortesija, intlaħaq ftehim fejn il-membri tal-GħĠS se jkollhom aċċess għall-kompetizzjonijiet kollha organizzati mill-ASA fil-faċilitajiet tagħha, billi jippreżentaw il-card tas-sħubija mal-GħĠS. Din l-inizzjattiva se tkun qed issaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ assoċjazzjonijiet u tgħin lill-ġurnalisti sportivi li jsegwu l-isport akwatiku. Ritratt: (mix-xellug) Joanna Camilleri (Segretarju Ġenerali tal-GħĠS), Antvin Monseigneur (President tal-GħĠS) u Karl Izzo (President tal-ASA).


