Jittelgħu l-Poloz tat-Tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day
Fil-kwartieri ġenerali tal-MFA illum ittellgħu l-poloz tal-logħbiet tat-Tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day li jiġi organizzat kull sena. Fl-ewwel logħba it-team iffurmat mill-ġurnalisti tal-Isport se jkun qed jilgħab kontra t-team iffurmat mill-impjegati tal-MFA. Għalkemm dan it-Tournament jiġi organizzat fuq inizjattiva tal-Għaqda Ġurnalisti Sports it-tliet assoċjazzjonijiet l-oħra jiġifieri l-MFA, l-MFRA (Malta Football Referees Association) u l-MFCA (Malta Football Coaches Association) jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom sabiex tinzamm it-tradizzjoni li dan it-Tournament jibqa’ jiġi organizzat min sena għal sena hekk kif ilu jsir sa mis-snin 80′. […]


