Poloz Boxing day

Fil-kwartieri ġenerali tal-MFA illum ittellgħu l-poloz tal-logħbiet tat-Tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day li jiġi organizzat kull sena.
Fl-ewwel logħba it-team iffurmat mill-ġurnalisti tal-Isport se jkun qed jilgħab kontra t-team iffurmat mill-impjegati tal-MFA.
Għalkemm dan it-Tournament jiġi organizzat fuq inizjattiva tal-Għaqda Ġurnalisti Sports it-tliet assoċjazzjonijiet l-oħra jiġifieri l-MFA, l-MFRA (Malta Football Referees Association) u l-MFCA (Malta Football Coaches Association) jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom sabiex tinzamm it-tradizzjoni li dan it-Tournament jibqa’ jiġi organizzat min sena għal sena hekk kif ilu jsir sa mis-snin 80′.
Il-logħbiet kollha se jintlagħbu fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali u se jintlagħab fuq bazi ta’ 8 a side.
Il-Poloz irrizultaw hekk:
L-ewwel logħba 9am
GħĠS vs MFA
MFCA vs MFRA

It-Tieni logħba 10am
MFRA vs MFA
MFCA vs GħĠS
It-Tielet logħba 11am
MFCA vs MFA
MFRA vs GħĠS
Fl-eventwalita’ li xi logħba tispiċċa draw jingħataw il-penalties u min jirbaħ wara l-penalties jieħu zewg punti fil-klassifika.
Dawk li jipparteċipaw jagħtu donazzjoni wkoll għall-Istrina.