News

24 07, 2014

Annual General Meeting held at Inter Club Malta

By |July 24th, 2014|0 Comments

  The Executive Committee of the Malta Sports Journalists Association has held its Annual General Meeting on Sunday 20th July 2014 with the main theme being ‘Together, for one goal’. The meeting was held at the Inter Club Malta, Santa Venera, which happened to be the third foreign based supporters club visited by the GhGS in the past two years, following those of Juventus Vero Amore and Manchester United SC. […]

9 07, 2014

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jiltaqa’ mal-ASA

By |July 9th, 2014|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports kompliet bis-serje ta’ laqgħat ma’ għaqdiet u entitajiet tal-isport f’pajjiżna meta fil-ġranet li għaddew il-Kumitat Eżekuttiv iltaqa’ mal-għola uffiċjali tal-ASA is-sinjuri Joe Caruana Curran u Marco Manara, President u Segretarju Ġenerali rispettivament. L-Għaqda Ġurnalisti Sports għamlet enfażi mhux biss dwar ir-rwol tal-media waqt kompetizzjonijiet tal-ASA u kif sar titjib f’dawk li huma fa`ilitajiet għal media iżda wkoll dwar il-koperazzjoni reċiproka li dejjem eżistiet bejn iż-żewġ entitajiet. […]

4 06, 2014

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius

By |June 4th, 2014|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel żjara ta’ kortesija lis-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Riċerka u Sport l-Onor Chris Agius għall-ewwel darba sa minn mindu s-Sur Agius ingħata din il-kariga f’din il-legislatura. Id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports immexxija mill-President Charles Camenzuli, ħadet l-opportunita’ li tispjega l-funzjoni tagħha fi ħdan il-ġurnalisti u reporters lokali li jsegwu l-iSport Malti. […]

4 04, 2014

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lis-Sur Chris Agius

By |April 4th, 2014|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jifraħ lill-Onorevoli Chris Agius għall-ħatra tiegħu bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni Żgħażagħ u Sport. L-Eżekuttiv tal-GħĠS laqa’ b’sodisfazzjon il-ħatra tas-Sur Agius u jinsab persważ li l-esperjenza tiegħu bħala amministratur u President ta’ Club tal-Football lokali se tgħinu fil-ħidma tiegħu favur l-Isport Malti. L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports hu tal-opinjoni li l-perjodu li hu għamel bħala kelliem għall-Oppożizzjoni dwar l-Isport se jgħin ukoll sabiex issa li hu f’din il-pożizzjoni jifhem aħjar is-sitwazzjoni tal-Isport Malti u jieħu deċiżjonijiet fl-interess tad-diversi atleti, uffiċjali, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi lokali. […]

Go to Top