Il-Bord tal-Għażla fi ħdan il-Kumitat Organizattiv tal-Edizzjoni 2014 ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbar il-lista ufficjali tas-semi finalisti fil-kategoriji kollha .
Din l-għażla hija t-tieni fażi fil-process fejn bejn it-2 ta’ Jannar u d-9 ta’ Jannar 2015, ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jagħtu l-vot tagħhom sabiex jintgħażlu ħames finalisti f’kull kategorija.
Ir-rebbieħ f’kull kategorija jkun magħruf waqt votazzjoni live li għandha ssir waqt is-Serata ta’ Premjazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2015.
B’kollox, sabiex jintgħażlu s-semi finalisti, il-Bord tal-Għażla wettaq process ta’skrutinju minn fost in-nominazzjonijiet li waslu għand il-Kumitat Organizattiv minn fost 32 assoċjazzjoni jew għaqda nazzjonali tal-isport flimkien ma’ oħrajn illi l-istess Bord deherlu li għar-riżultati miksuba fl-2014 kien jixirqilhom konsiderazzjoni u post fis-semi finali.
Is-semi finalisti kollha f’kull kategorija huma dawn :
Sportiv tas-Sena :
Baldacchino Noel – Tiġrijiet taż-Żwiemel
Buttigieg Shawn – ASMK
Cassar Claudio – Eight Ball Pool
Dingli Gianluca – Motor Sport
Galea David – Lotta
Martin Steve – Boxing
Mizzi Clayton – Motor Sport
Moore Kevin – Atletika
Vella Adam – Lotta
Xuereb Nathan Lee – Sparar
Zahra Daniel – Kick Boxing
Sportiva tas-Sena :
Abela Sue – Ten pin Bowling
Aquilina Marie Claire – Ċikliżmu
Attard Joanna – Ten pin Bowling
Bezzina Eleonor – Sparar
Bonello Spiteri Danika – Triathlon
Camilleri Rebecca– Atletika
Grech Emma – Karate
Pace Hannah – Triathlon
Uffiċjal tas-Sena :
Camilleri Terry – Snooker
Caruana Jesmond – Weightlifting
Cassar Joe – Football
Dalli Cyprian – Triathlon
Degiorgio Vincent – Pool
Grima Alan – Handball
Portelli Saviour – Sparar
Sultana Paul – Basketball
Zammit John – Ċikliżmu / BMX
Zammit Pavia Joseph – Table Football
Kowċ tas-Sena :
Bugeja Jimmy – Sparar
Caruana Michael – Cricket
Farrugia Sandro – Basketball
Fleri Soler Jean Paul – Ibburdjar
Galea Dermot – Triathlon
Ghedin Pietro – Football
Giordimaina Jesmond – Weightlifting
Harada Saho – Għawm Sinkronizzat
Izzo Karl – Waterpolo
Neil Damien – Rugby
Żagħżugħ tas-Sena :
Azzopardi Spiteri Gianluca – Sparar – indoor
Borg Angelo – Table Football
Galea Luke – Karate
Giordimaina Gary – Lotta
Magro Matthew – Ten pin Bowling
Mifsud Kieran – Weightlifting
Muscat Scott – Pool
Xuereb Nathan Lee – Sparar
Żagħżugħa tas-Sena :
Azzopardi Claire– Ġinnastika
Buttigieig Suzanne – Ġinnastika
Dalli Peppijna – Ġinnastika
Grillo Sana – Ġinnastika
Richard Janet – Atletika
Xuereb Sara – Ten pin Bowling
Tim tas-Sena :
Basketball : Tim Nazzjonali Rġiel
Bodybuilding IFBB : Ralph Decelis & Blanche Coppola
Football : Tim Nazzjonali Rġiel
Ibburdjar : Artie Crew – Rolex Middle Sea Race
Motorsport : Ta’ Kalanċ Racing Team
Pool : Tim Nazzjonali Over 50
Powerboats : Team Chaudron
Rugby : Tim Nazzjonali Rġiel
Snooker : Tim tal-irġiel : Alex Borg u Duncan Bezzina
Waterpolo : Tim Nazzjonali Rġiel
Viewing the THE SEMI FINALISTS list Tim tas sena, the names of our athletes Michael Scerri and Doreen Scerri have not been included WHY??????? These recieved the awards of semi fialists asBallroo athletes last Saturday.
Please include
Malta DanceSport Association. or Ballroom THS Annie Cassar PRES MDA