News

9 07, 2014

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jiltaqa’ mal-ASA

By |July 9th, 2014|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports kompliet bis-serje ta’ laqgħat ma’ għaqdiet u entitajiet tal-isport f’pajjiżna meta fil-ġranet li għaddew il-Kumitat Eżekuttiv iltaqa’ mal-għola uffiċjali tal-ASA is-sinjuri Joe Caruana Curran u Marco Manara, President u Segretarju Ġenerali rispettivament. L-Għaqda Ġurnalisti Sports għamlet enfażi mhux biss dwar ir-rwol tal-media waqt kompetizzjonijiet tal-ASA u kif sar titjib f’dawk li huma fa`ilitajiet għal media iżda wkoll dwar il-koperazzjoni reċiproka li dejjem eżistiet bejn iż-żewġ entitajiet. […]

4 06, 2014

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius

By |June 4th, 2014|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel żjara ta’ kortesija lis-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Riċerka u Sport l-Onor Chris Agius għall-ewwel darba sa minn mindu s-Sur Agius ingħata din il-kariga f’din il-legislatura. Id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports immexxija mill-President Charles Camenzuli, ħadet l-opportunita’ li tispjega l-funzjoni tagħha fi ħdan il-ġurnalisti u reporters lokali li jsegwu l-iSport Malti. […]

4 04, 2014

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lis-Sur Chris Agius

By |April 4th, 2014|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jifraħ lill-Onorevoli Chris Agius għall-ħatra tiegħu bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni Żgħażagħ u Sport. L-Eżekuttiv tal-GħĠS laqa’ b’sodisfazzjon il-ħatra tas-Sur Agius u jinsab persważ li l-esperjenza tiegħu bħala amministratur u President ta’ Club tal-Football lokali se tgħinu fil-ħidma tiegħu favur l-Isport Malti. L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports hu tal-opinjoni li l-perjodu li hu għamel bħala kelliem għall-Oppożizzjoni dwar l-Isport se jgħin ukoll sabiex issa li hu f’din il-pożizzjoni jifhem aħjar is-sitwazzjoni tal-Isport Malti u jieħu deċiżjonijiet fl-interess tad-diversi atleti, uffiċjali, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi lokali. […]

2 04, 2014

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa’ mal-uffiċjali tal-MFA

By |April 2nd, 2014|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel żjara ta’ korestija  lill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo ftit jiem biss qabel l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football issir iċ-ċentru tal-attenzjoni fil-football ewropew bl-organizazzjoni tal-kampjonat tal-UEFA ta’ taħt is-17 -il sena. F’din il-laqgħa d-delegazzjoni tal-Għaqda Gurnalisti Sports immexxija mill-President Charles Camenzuli estendiet l-awguri tagħha lill-MFA lejliet it-tlugħ uffiċjali tal-poloz ta’ din il-kompetizzjoni tant prestigjuza u awgurat kull suċċess fl-organizazzjoni ta’ dan il-kampjonat. […]

Go to Top