News

1 02, 2017

Charles Camenzuli kandidat għall-kariga ta’ President tal-AIPS EUROPE

By |February 1st, 2017|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports, ippreżentat uffiċjalment il-kandidatura tal-President tagħha CHARLES CAMENZULI għall-kariga ta’ President ta’ AIPS EUROPE li tiġbor fi ħdanha 49 assoċjazzjoni affiljata mal-AIPS. Eventwalment il-kandidatura ġġorr magħha wkoll dik ta’ Viċi President tal-AIPS. Charles Camenzuli huwa s-Segretarju Ġenerali tal-AIPS Europe wara li kien elett fil-kariga fl-2010 fil-Kungress ta’ Antalya wara li kien serva mill-1989 fl-eżekuttiv tal-AIPS kemm bħala membru tal-Eżekuttiv kif wkoll għal snin twal bħala Segretarju Ġenerali fejn wara nħatar Segretarju Ġenerali Onorarju għal Għomru tal-AIPS. […]

30 01, 2017

AIPS EUROPE Executive to meet in Malta between 20th and 22nd February 2017

By |January 30th, 2017|0 Comments

The attention of the sports media in Europe will be focused on the AIPS Europe Executive Committee meeting which will be held in Malta between the 20th and 22nd February 2017. All the organization has been entrusted to GħĠS (Malta Sports Journalists Association) after a decision that was taken during the AIPS congress held in Qatar last February. AIPS Europe – Malta 2017 will be the last official meeting before the 80th AIPS congress to be staged in Seoul and Pyeongchang. During this event the election for AIPS Europe for the period  covering 2017-2021 will be held. During AIPS Executive meetings some of the most renowned European journalists will be visting our country. These include Dr. Ioannis Daras (Greece), who is also the President of AIPS, Vice President Lev Rossoshik (Russia),  Treasurer Murat Agca (Turkey) as well as members Nastassja Marynina (Belarus), Gianfranco Coppola (Italy), [...]

30 01, 2017

Jitħabbru s-semifinalisti ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |January 30th, 2017|0 Comments

Tħabbru s-semifinalisti għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jippremjaw lill-atleti għall-kisbiet agħhom fis-sena 2016. In-nominazzjonijiet fis-seba’ kategorji differenti tressqu mill-assoċjazzjonijiet sportivi rispettivi tagħhom lil bord maħtur apposta li għażel is-semifinalisti f’kull kategorija. Dawn issa se jitniżżlu għal ħamsa f’kull kategorija u li b’hekk ikunu l-finalisti ta’ dan il-edizzjoni. L-għażla se ssir permezz ta’ votazzjoni mill-ġurnalisti sportivi  membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Il-finalisti għandhom jitħabbru it-Tnejn 6 ta’ Frar f’avveniment meta jingħataw wkoll iċ-ċertifikati lil istess finalisti. Ir-rebbieħa f’kull kategorija jintagħżlu permezz ta’ votazzjoni minn panel ta’ ġurnalisti sportivi  waqt is-serata finali f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi nhar is-Sibt 25 ta’ Frar 2017. […]

30 01, 2017

L-Eżekuttiv tal-AIPS EUROPE f’Malta bejn l-20 u 22 ta’ Frar

By |January 30th, 2017|0 Comments

Bejn l-20 u t-22 ta’ Frar l-attenzjoni tal-medja tal-isport fl-Ewropa ser tkun fuq il-laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv tal-AIPS Europe li se jsiru hawn Malta. L-organiżazzjoni tal-laqgħat ġiet fdata lill-Għaqda Ġurnalisti Sports fil-Kungress tal-AIPS li sar fil-Qatar fi Frar 2016. AIPS Europe – Malta2017 ser ikunu l-aħħar laqgħat qabel it-80 Kungress tal-AIPS li għandu jsir f’Mejju ta’ din is-sena f’Seoul u Pyeongchang fejn fl-istess Kungress għandha ssir l-elezzjoni tal-AIPS Europe u AIPS għall-perjodu 2017-2021. Preżenti għal laqgħat li għandhom isiru hawn Malta wħud mill-aqwa ġurnalisti tal-Isport fl-Ewropa fosthom Dr. Ioannis Daras (Greċja) li huwa wkoll il-President attwali, Lev Rossoshik (Russja) – Vici President, Murat Agca (Turkija) Teżorier kif wkoll il-membri Nastassja Marynina (Belarus), Gianfranco Coppola (Italja), Predrag Milinkovic (Serbja) Eldar Ismaylov (Azerbaijan), Guenter Pfeistlinger (Awstrija) u Charles Camenzuli – President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li huwa wkoll Segretarju Ġenerali tal-AIPS Europe. […]

Go to Top