charles camenzili for AIPS PresidentL-Għaqda Ġurnalisti Sports, ippreżentat uffiċjalment il-kandidatura tal-President tagħha CHARLES CAMENZULI għall-kariga ta’ President ta’ AIPS EUROPE li tiġbor fi ħdanha 49 assoċjazzjoni affiljata mal-AIPS. Eventwalment il-kandidatura ġġorr magħha wkoll dik ta’ Viċi President tal-AIPS.
Charles Camenzuli huwa s-Segretarju Ġenerali tal-AIPS Europe wara li kien elett fil-kariga fl-2010 fil-Kungress ta’ Antalya wara li kien serva mill-1989 fl-eżekuttiv tal-AIPS kemm bħala membru tal-Eżekuttiv kif wkoll għal snin twal bħala Segretarju Ġenerali fejn wara nħatar Segretarju Ġenerali Onorarju għal Għomru tal-AIPS.

L-Elezzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv tal-AIPS EUROPE għandha ssir fl-10 ta’ Mejju fit-80 Kungress tal-AIPS li għandu jsir f’Seoul u Pyeongyang.
Fir-ritratt Sandro Micallef Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jiffirma l-kandidatura ta’ Camenzuli f’isem l-Assoċjazzjoni Maltija.