News

24 08, 2017

Sports Journalists Association meets Prime Minister

By |August 24th, 2017|0 Comments

The newly elected Executive Committee of the Malta Sports Journalists Association paid a courtesy visit to the Hon Prime Minister Dr. Joseph Muscat at Auberge de Castille Valletta. The MSJA delegation was headed by the President of the Association Sandro Micallef and General Secretary Mark Mizzi. The Prime Minister congratulated the newly elected Executive Committee and augured that sports journalists will continue to help the promotion of Sports in our country. He continued by expressing that sports journalists play an important role especially by reporting regularly the participation and success of Maltese athletes both locally and internationally. He stated that sports is at his heart as it is a means that unites the Maltese people. Sandro Micallef, President of MSJA, remarked that sports journalists had noted and evaluated the recent criticism made public recently by the Prime Minister himself in relation to the fact that emphasis should not always be [...]

23 08, 2017

L-GħĠS f’laqgħa mal-Kelliem tal-PN dwar l-Isport David Agius

By |August 23rd, 2017|0 Comments

L-Eżekuutiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kellu laqgħa formali ukoll mal-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Isports David Agius. L-Ogħla uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports rrimarkaw b'sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni reġgħet appuntat lis-Sur Agius bħala kelliem dwar l-Isport iktar u iktar minħabba li s-Sur Agius kellu passat fl-amministrazzjoni ta' Club Sportiv. David Agius tenna li f'ħafna deċiżjonijiet u proposti tal-Gvern li tressqu fl-aħħar leġislatura l-Oppożizzjoni dejjem ikkoperat mal-Gvern u offriet l-għajnuna sabiex jittieħdu diversi deċiżjonijiet u anke tat il-kontribut tagħha fit-Task Force li kienet twaqqfet mill-MFA fis-sena 2015 li waslet sabiex tkun imsaħħa l-liġi dwar il-Korruzzjoni fl-Isport. Is-Sur Agius awgura kull suċċess lill-Eżekuttiv il-ġdid tal-GħĠS u awgura li l-President il-ġdid Sandro Micallef jimxi fuq il-passi tal-Presidenti predeċessuri tiegħu Fr Hilary Tagliaferro, Henry Calleja u Charles Camenzuli li kollha ħadmu sabiex l-Għaqda tisaħħaħ tul is-snin. Sandro Micallef ħeġġeġ lill-Partit Nazzjonalista sabiex fil-programm elettorali tiegħu fil-futur iwiegħed Ministeru totalment dedikat lill-Isport. Hu ħeġġeġ lill-kelliem tal-PN sabiex bi qbil mal-Partiti [...]

23 08, 2017

L-Għaqda Ġurnalisti Sports f’laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat

By |August 23rd, 2017|0 Comments

L-Eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel żjara ta' kortesija lill-Prim Ministru Joseph Muscat f'Kastilja. Id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalsiti Sports għal din il-laqgħa kienet immexxija minn Sandro Micallef bħala President u minn Mark Mizzi bħala Segretarju Ġenerali. Il-Prim Ministru feraħ lill-Eżekuttiv elett ġdid u awgura li ġurnalisti tal-isport ikomplu jgħinu l-iżvilupp tal-Isport f'pajjiżna. Dr Muscat tenna li l-ġurnalist sportiv għandu rwol importanti speċjalment biex isegwi u jwassal il-parteċipazzjoni u s-suċċessi miksuba mhux biss fuq livell lokali iżda wkoll fuq bażi internazzjonali tal-atleti Maltin. Hu tenna li l-importanza tal-Isport iktar u iktar għaliex huwa mezz ta' kif jgħaqqad il-poplu Malti. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef min naħa tiegħu rrimarka li l-ġurnalisti tal-isport ħadu nota u evalwaw il-kritika li kienet saret riċentament mill-istess Prim Ministru sabiex ma ssirx dejjem enfażi fuq il-football lokali u r-rapportaġġ ikun iktar estiż fuq sports ieħor ta' dixxiplini li ġeneralment iġiebu suċċess lejn il-pajjiż. Micallef spjega lill-Prim Ministru [...]

16 08, 2017

L-Għaqda Ġurnalisti Sports f’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima

By |August 16th, 2017|0 Comments

L-Eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kellu laqgħa uffiċjali mas-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Dr Clifton Grima. Matul din il-laqgħa Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports introduċa b'mod formali lis-Segretarju Parlamentari lill-membri kollha tal-Eżekuttiv il-ġdid li jirrapreżentaw firxa wiesgħa tal-media sportiva lokali. Micallef wera sodisfazzjon li l-Gvern reġa' għandu persuna li ġejja minn passat fl-amministrazzjoni tal-Isport li ġiet fdata bir-responsabilità tal-amministrazzjoni tal-Isport f’pajjiżna. Is-Segrtarju Parlametari Clifton Grima tenna li fl-isfond tal-koperazzjoni li dejjem kienet fis-seħħ għal snin twal bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports, is-Segretarjat tal-Isport u SportMalta hu kien jinsab determinat li din ir-relazzjoni tkun estiża u msaħħa aktar fil-futur. Fil-laqgħa ġew diskussi diversi materji fosthom l-organizazzjoni konġunta tal-Isportivi Nazzjonali flimkien ma' SportMalta, il-kuntatt iktar kontinwu mas-Segretarjat u ħsibijiet dwar edukazzjoni kontinwa f'diversi livelli għall-ġurnalisti li diġa' jipprattikaw din il-professjoni u oħrajn fosthom żgħażagħ li forsi jixtiequ jaqbdu din il-linja. Preżenti għal din l-ewwel laqgħa uffiċjali kien hemm jakkumpanjaw [...]

Go to Top