News

26 10, 2017

L-GħĠS f’laqgħat mal-Federazzjoni tat-Triathlon u mar-Rugby Football Union

By |October 26th, 2017|0 Comments

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kompla jiltaqa' ma' aktar assoċjazzjonijiet bil-għan li tisaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-media tal-isport u l-amministraturi tal-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi lokali. Fl-aħħar ġranet l-Għaqda Ġurnalisti Sports kellha laqgħat uffiċjali mal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon kif ukoll mal-Malta Rugby Football Union (MFRU). Il-Federazzjoni tat-Triathlon kienet rapreżentata mill-President Cyprian Dalli u mill-Viċi President Oswald Spiteri, filwaqt li l-uffiċjali tal-MRFU preżenti għal laqgħa separata mal-GħĠS kienu l-President Steve Busuttil u George Zammit Montebello li hu l-uffiċjal tal-MRFU responsabbli mill-media. Dawn il-laqgħat qed isiru fuq inizjattiva tal-President il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef bħala parti mill-ħidma tiegħu bl-iskop li titjieb mhux biss il-kummunikazzjoni bejn iż-żewġ partijiet iżda sabiex jisaħħu r-relazzjonijiet eżistenti ma' kemm jista' jkun numru wiesa' ta' amministraturi ta' dixxiplini sportivi.  

23 10, 2017

Xeni żejda mill-MFA hekk kif tinqeda bil-Clubs sabiex tipprova tikseb simpatija mill-pubbliku

By |October 23rd, 2017|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiddisassoċja ruħha mill-'Istunt' ta' propoganda li ppruvat tagħmel l-MFA billi ħarġet strixxun qabel il-logħbiet mill-kampjonat BOV Premier fi tmiem il-ġimgħa bil-kitba: 'Football for Life Supports Free Press'. (Ritratti annessi) L-Għaqda Ġurnalisti Sports tixtieq tirrispondi lill-MFA għal dan il-banner b'żewġ frażijiet ukoll bl-ingliż: 'Practice what you preach' u 'Charity begins at home' Filwaqt li l-GħĠS tingħaqad mal-IĠM u mas-sooċjeta' ċivili biex tikkundanna bis-sħiħ l-att li wassal għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-pubbliku ġenerali u l-pubbliku sportiv għandu jiftakar li sal-lum il-ġurnata minkejja li l-MFA qed tgħajjat favur il-Free Press, il-media sportiva lokali għadha mċaħħda milli tidħol tirraporta l-andament tal-Kunsill tal-MFA. Din id-deċiżjoni ttieħdet aktar kmieni din is-sena. Dan biex wieħed ma jinsiex id-diversi tentattivi regolari mill-ogħla uffiċjali tal-MFA biex isir sarima ma' ħalq il-ġurnalisti sportivi li huma kritiċi lejn id-deċiżjonijiet kontrovesjali u mhux popolari tal-istess MFA. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tikkundanna dan l-aġir mill-MFA li ppruvat tirkeb [...]

25 09, 2017

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tibda tiltaqa’ mal-Assoċjazzjonijiet Sportivi

By |September 25th, 2017|0 Comments

Fi sforz kollettiv sabiex il-media tal-Isport tibqa' tkun ta' servizz kontinwu u effiċjenti lill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi lokali, l-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports beda sensiela ta' laqgħat formali.   Kienu l-Malta Racing Club u Athletics Malta l-ewwel żewġ Assoċjazzjonijiet li laqgħu t-talba tal-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex iż-żewġ partijiet jiddiskutu madwar il-mejda il-mod ta' kif iż-żewġ naħat jistgħu jgħinu aktar lil xulxin.   Iċ-Chairman Edwin Borg u s-Segretarju Anthony Demanuele rrapreżentaw lill-Malta Racing Club filwaqt li Edwin Attard President tal-Assoċjazzjoni tal-Atletika iltaqa' mal-GħĠS f'isem l-MAAA.   Dawn il-laqgħat qed isiru fuq inzjattiva tal-President il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef bil-għan li mhux biss tissaħaħ ir-relazzjoni bejn il-media sportiva u l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet lokali iżda wkoll sabiex jinżamm kuntatt personali kontinwu.   Kull min jixtieq jagħmel kuntatt mal-Għaqda Ġurnalisti Sports jista' jagħmel dan permezz tal-email fuq info@maltasportsjournalists.com jew permezz tal-paġna ta' Facebook Malta Sports Journalists Association.  

24 08, 2017

Malta Sports Journalists put forward suggestions to Opposition

By |August 24th, 2017|0 Comments

The Executive Committee of the Malta Sports Journalists’ Association held also formal meeting with the Hon. David Agius, the Opposition’s spokesperson on Sports. The Officials of the Malta Sports Journalists’ Association expressed their satisfaction at the fact that the Opposition had seen it fit to re-appoint Mr. Agius as the Shadow speaker responsible from sports especially considering that he comes from a Sports administration background. Mr. Agius stated that in most of the Government’s decisions and proposals that had been put forward during the last legislature, the Opposition always cooperated with the Government. He reiterated that the Opposition also contributed in the Task Force that was set up by the MFA in 2015 that resulted in strengthening the existing legislation regarding corruption in sport. Mr Agius augured success to the newly elected Executive committee of the MSJA and hoped that the new President Sandro Micallef will follow in the footsteps [...]

Go to Top