News

11 03, 2019

Ir-rebbieħa tal-Isportivi Nazzjonali jiltaqgħu mal-President ta’ Malta

By |March 11th, 2019|0 Comments

Nhar il-Ħamis 7 ta' Marzu waranofsinhar ir-rebbieħa tad-59 edizzjoni tal-Isportivi Nazzjonali kienu mistiedna l-Palazz San Anton sabiex jiġu ppreżentati lill-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Jakkumpanjaw lil dawn l-atleti kien hemm iċ-Chairman tal-Kumitat Organizattiv u Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar kif ukoll il-President u s-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef u Lorraine Cunningham. Preżenti wkoll għal din il-laqgħa kordjali kien hemm is-Segretarju Parlamentari għaż-Żagħżagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onorevoli Clifton Grima u l-kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Isport l-Onorevoli Ryan Callus. Kemm Mark Cutajar kif ukoll Sandro Micallef irringrazzjaw lil-President talli sabet il-ħin li tiltaqa ma’ dawn ir-rebbieħa li onoraw lil Malta bis-suċċessi sportivi tagħhom u li l-akkwisti tagħhom kienu rikonoxxuti bl-unuri li rebħu waqt is-serata finali ta’ l-Isportivi Nazzjonali. SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sport ħadu wkoll l-okkażjoni jirringrazzjaw lill-E.T. Marie Louise Coleiro Preca talli inkludiet l-isport fl-attivitajiet organizzati mill-Malta Community Chest Fund u filwaqt li speraw li dawn [...]

26 02, 2019

Riżultat komplut tal-voti tal-Isportivi Nazzjonali

By |February 26th, 2019|0 Comments

Issa li għaddiet is-serata finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali SportMalta Awards, qed nippublikaw il-voti kollha hekk kif ingħataw fis-semifinali u fil-finali. Fil-fażi tas-semifinali kienu l-ġurnalisti kollha membri fl-Għaqda Ġurnalisti Sport li kellhom id-dritt li jivvutaw fis-seba’ kategoriji li minnhom riedu jintgħażlu ħamsa għall-finali. Intefgħu total ta’ 48 vot fejn vot wieħed fil-kategorija taż-Żagħżugħa kien invalidu. L-aktar ħamsa li ġabu voti f’kull kategorija għaddew għall-fażi tal-finali. Fil-kategorija tal-Isportiva għaddew sitta peress li dawk fil-5 u s-6 post kellhom voti ndaqs. SPORTIV TAS-SENA GATT Rodney (Tiġrijiet taż-Żwiemel) 40 GALEA Brian (Sparar) 38 BEZZINA Isaac (Judo) 33 CARUANA SCICLUNA Justin (Ten Pin Bowling) 28 FARRUGIA STEFAN (Raffa) 28 AQUILINA Charles (Table Football) 20 FARRUGIA Juan (Indoor Rowing) 17 MILLS Christ (Pool) 16 SCHULTEIS Richard (Ibburdjar) 15 CASTALDI Clayton (Chinese 8 Ball) 5   SPORTIVA TAS-SENA ZAMMIT STEVENS Yazmin (Weightlifting) 37 PACE Hanna (Triathlon) 34 WINGFIELD Charlotte (Atletika) 31 XUEREB Sara (Ten Pin Bowling) 31 [...]

22 02, 2019

Carmine Tommasone mistieden waqt l-Għażliet Sportivi Nazzjonali 

By |February 22nd, 2019|0 Comments

Hekk kif nhar is-Sibt se tkun organizzata d-59 edizzjoni ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-kumitat Organizattiv bi pjaċir iħabbar li ċ-ċampjin Taljan tal-Boxing fil-kategorija Lightwieght u ċampjin Interkontinentali tal-WBA Carmine Tommasone se jkun il-mistieden speċjali waqt is-serata. Tommasone twieled f’Avellino l-Italja fit-30 ta’ Marzu 1984. Hu beda l-karriera fil-boxing fis-sena 2010 fejn kellu l-unur li jirrapreżenta l-Italja fil-kategorija Lightweight fl-Olimpjadi tal-2016 li saru f’Rio De Janeiro l-Brażil. Tommasone għandu rekord impressjonanti fil-livell Amateur u meta qaleb għall-kategorija 'Professional' sa issa għandu xejn inqas minn għoxrin ġlieda li minnhom rebaħ dsatax -il konfront, ħamsa minnhom b’Knock Out kontra l-avversarji tiegħu. Ġimgħa ilu hu ġġieled għat-Titlu tal-WBO iżda tilef kontra ċ-ċampjin attwali u holder taċ-ċintorin Oscar Valdez mill-Messiku. L-avveniment SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se jixxandar dirett fuq TVM2 u Facebook live nhar is-Sibt mis-7.30pm 'il quddiem. Filmati mil-links hawn taħt: https://www.youtube.com/watch?v=xy1TUo98PlU https://www.youtube.com/watch?v=qOR_Pvy9OdA

16 02, 2019

Jitħabbru l-Finalisti tal-iSportMalta Awards – L-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 16th, 2019|0 Comments

Dalgħodu waqt ċerimonja li saret fil-Forti Sant’Anġlu l-Birgu, s-semi finalisti ta’ l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ġew ippreżentati b’ċertifikat kommemorattiv. Dan sar fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Għaż-Żagħżagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onor Clifton Grima kif ukoll il-Kumitat Organizzativ ta’ dan l-avveniment kompost mill-Għaqda Ġurnalisti Sport u SportMalta liema kumitat huwa iċċerjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar. Matul din iċ-ċerimonja ġew imħabbra wkoll il-finalisti tas-seba’ kategoriji li l-ġurija ser tkun qed tivvota għalihom matul is-serata ta’ premjazzjoni li ser issir nhar is-Sibt 23 ta’ Frar fil-lukanda Hilton u li ser tkun qed tixxandar dirett fuq TVM2 bit-trażmissjoni tibda fis-7:30 pm Barra dawn is-seba’ kategoriji matul is-serata ser isiru ħames preżentazzjonijiet oħra fosthom dik tal-People’s Choice Award li l-finalisti ta’ din il-kategorija wkoll ġew imħabbra dalgħodu sabiex issa l-pubbliku jista jagħti l-preferenza tiegħu billi jidħol fuq il-facebook page BeActive – SportMalta. Il-voti tal-pubbliku jingħaqdu ma’ dawk ta’ l-Assoċjazzjonijiet u l-ġurija sabiex fis-serata jitħabbar ir-rebbieħ [...]

Go to Top