L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għandu l-ewwel mara bħala President tiegħu filwaqt li kienu assenjati rwoli lil kull wieħed mill-membri tal-Kunsill li jiffukkaw fuq aspetti u setturi differenti tal-qasam tal-media.

Sylvana Debono, ġurnalista veterana li hi l-Kap Editorjali tal-Beacon Media Group li jiġbor fih in-Newsbook kif ukoll l-istazzjon tar-Radju 103FM, hi l-President tal-Kunsill. F’kumment qasir li għamlet wara din il-ħatra, Sylvana Debono rringrazzjat lill-President preċedenti Yannick Pace għall-ħidma tiegħu kif ukoll lill-kunsilli preċedenti tal-Istitut li poġġew pedamenti sodi għall-kisbiet future fil-qasam lokali tal-ġurnaliżmu.. “Dan huwa tim tajjeb ħafna, u lkoll kemm aħna nġibu ħiliet differenti madwar il-mejda. Għandna nkunu nistgħu nservu l-professjoni tagħna u ngħollu l-istandards saħansitra ogħla, ”qalet Sylvana Debono.

Debono se tkun megħjuna minn kunsill eżekuttiv li issa jirrifletti l-prijoritajiet dejjem jiżdiedu tal-IGM. Kull membru ngħata funzjoni speċifika li għandha tkompli ssaħħaħ ilħidma tal-Kunsill li issa jiġbor fih membri minn sitt kmamar tal-aħbarijiet differenti.

Il-karigi tal-membri tal-Kunsill huma kif ġej:
President – Sylvana Debono
(Direttur tal-Politika, Etika, Koordinatur tal-Konferenza Annwali tal-Ġurnaliżmu u Membru
tal-Malta Awards Journalism Commission)
Viċi President – Claire Caruana
(Assistenza lill-President, SLAPP, Outreach, Kampanji tal-IĠM)
Segretarju Ġenerali – Nigel Mifsud
(Amministrazzjoni, Direttur tas-Segretarjat, Relazzjonijiet Internazzjonali (inklużi l-IFJ u lEFJ), Koordinatur dwar it-trasformazzjoni tal-Istitut fi Trade Union u Membru tal-Malta
Awards Journalism Commission)
Segretarju għas-Sħubija u l-Attivitajiet – Christine Amaira
(Amministratur tas-Sħubija, Politika Soċjali u Attivitajiet)
Segretarju Informazzjoni – Julian Bonnici
(Relazzjonijiet Pubbliċi, Website u Koordinatur tal-Media Soċjali)
Teżorier – Mario Schiavone
(Rapporti Finanzjarji, Kontijiet Bankarji, Arkivji IGM)
Assistent Segretarju – Neil Camilleri
(Assistenza lis-Segretarju Ġenerali, Riformi)
Segretarju tal-Edukazzjoni – Charles Camenzuli
Rappreżentant tal-Freelance, Fotografi u Cameramen – Dominic Aquilina
Rappreżentant tal-Ġurnalisti Sportivi – Sandro Micallef