Unur ieħor għal Qormi Daikin Hockey Club
Daikin Qormi komplew minn fejn ħalew l-istaġun li għadda billi ħadu s-Super Cup, l-ewwel unur tal-istaġun tal-hockey. Iċ-ċampjins renjanti u r-rebbieħa tal-KO b'mod enfatiku xejnu l-isfida tar-rivali Sliema Hotsticks b'erba' gowls għal xejn. Id-differenza bejn it-timijiet kienet sempliċi biżżejjed. Qormi ħadu l-opportunitajiet tagħhom waqt li Sliema Hotsticks ma ħaduhomx. L-ewwel kwarta bdiet bil-kwiet hekk kif iż-żewġ naħat ħadmu biex joħorġu is-sadid mis-sistema tagħhom wara l-waqfa tas-sajf. Il-logħba qamet fl-aħħar ħames minuti tal-kwarta hekk kif il-gowlkeeper ta' Qormi għamel save doppu biex salva r-riżultat. Daikin Qormi tellgħu l-ballun in-naħa l-oħor u mir-rebound ta’ short corner Luke Bajada tefagħhom fil-vantaġġ. It-tieni kwarta għaddiet bi ftit ażżjonijiet denji ta’nota għalkemm għal darb’oħra Mifsud ċaħdu gowl lis-Sliema. It-tielet kwarta kienet vivaċi u bdiet b'Shaun Dimech u Luke Bajada ta’ Qormi li ma rnexxielhomx jegħlbu lil Ludwig Cole fil-lasta ta’ Sliema wara zball fid-difiża ta' Sliema. Wara kien imiss lil Sliema biex ifallu sitwazzjoni favorevoli [...]