Tenishia Thornton tirbaħ l-unur tal-Atlas Youth Athlete of the Year 2020
Il-Weightlifter ta' 15 -il sena Tenishia Thornton rebħet l-unur tal-Atlas Youth Athlete of the Year tas-Sena 2020. L-Unur intrebaħ minn Thornton wara votazzjoni minn panel ta' tliet ġurnalisti mħallta mal-votazzjoni tal-publiku. Thornton kienet l-unika atleta tul is-sena 2020 li rebħet l-unur tal-Atlas Youth Athlete of the Month għal darbtejn meta rebħet dan l-unur fix-xhur ta' Marzu u Novembru tas-sena l-oħra. Fit-tieni post overall ta' dan l-unur spiċċat il-footballer Haley Bugeja filwaqt li l-ġinnasta Tara Vella Clark spiċċat fit-tielet post sabiex kien podju kollu iffurmat minn atleti femminili. Il-Preżentazzjoni lil Thornton saret minn Matthew Von Brockdorff Kap Eżekuttiv ta' Atlas Insurance fil-preżenza tal-uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef u Lorraine Cunningham. Intant, Atlas Insurance ikkonfermaw li se jġeddu l-ftehim marbut ma' din l-inizjattiva mal-Għaqda Ġurnalisti Sports għal sena oħra. L-Għan prinċipali wara l-inizjattiva ta' dan l-unur hi sabiex isir iktar għarfien u promozzjoni tal-kisbiet sportivi tal-atleti żgħażagħ Maltin kemm lokalment kif [...]


