Tħabbru l-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jirrikonoxxu l-kisbiet sportivi tas-sena 2020.

F’konferenza stampa li xxandret diretta fuq il-media soċjali s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima faħħar id-deċiżjoni tal-Kumitat Organizattiv li ma jikanċellax l-avveniment u jbiddel ilformat minn wieħed bl-udjenza, għall-avveniment virtwali forma ta’ programm televiżiv.

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef spjega li din id-deċiżjoni ttieħet fl-interess tal-atleti, l-uffiċjali, sponsors u mistiedna oħra li ta’ kull sena jkunu preżenti għal dan l-avveniment annwali iżda fiċ-ċirkostanzi preżenti u r-restrizzjonijiet imposti dan mhux se jkun possibbli.

Il-Finalisti huma dawn:

SPORTIVA TAS-SENA
Sue Abela (Ten Pin Bowling)
Haley Bugeja (Football)
Sasha Gatt (Għawm)

SPORTIV TAS-SENA
Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel)
Dejan Grech (Pool)
Ben Plumpton (Waterpolo)

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
Haley Bugeja (Football)
Tenishia Thornton (Weightlifting)
Tara Vella Clark (Ġinnastika)

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
Kayden Lagana’ (Ten Pin Bowling)
Richard Schultheis (Ibburdjar)
Kijan Sultana (Squash)

KOWĊ TAS-SENA
Jesmond Caruana (Weightlifting)
Devis Mangia (Football)
Dorian Pisani (Waterpolo)

UFFIĊJAL TAS-SENA
Vincent Degiorgio (Malta Pool Association)
Andy Grech (Athletics Malta)
Joseph Muscat (Malta Basketball Association)

TIM TAS-SENA
Football – Tim Nazzjonali tan-Nisa
Futsal – Luxol Futsal Club
Ibburdjar – Elusive II

Waqt is-serata se jingħataw ukoll żewġ rikonoxximenti tal-aħjar żewġ atleti ta’ Special Olympics Malta, il-People’s Choice Award u l-unur tal-Aħjar attivita’ Internazzjonali tas-Sena.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Lorraine Cunningham għamlet appell lillfinalisti, lill-kowċis u lill-familjari tal-finalisti sabiex ħadd ma’ jipprova javviċina jew jinfluenza xi ġurnalist fl-agħażla tal-vot finali. Individwi li jagħmlu dan ikunu skwalifikati immedjatament millproċess tal-għażla.

L-Edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu b’xandira diretta fuq TSN kif ukoll fuq Facebook Live u tiba fit-8pm.